IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAL-PRIM MINISTRU TAL-LUSSEMBURGU
PR1903
10/12/2004
Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għal żjara qasira fil-Lussemburgu fejn huwa mistenni li jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Jean Claude Juncker, fil-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea li ser tgħaddi għand il-Lussemburgu f’Jannar tal-2005.
Il-Prim Ministru ser ikun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dott. Michael Frendo, ir-Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea s-Sur Richard Cachia Caruana, l-Ambaxxatur għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu s-Sur Tarcisio Zammit, u l-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru s-Sur Edgar Galea-Curmi.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta illum stess.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946