Left arrow Go Back

STATEMENT BY THE MEDICINES AUTHORITY IN MALTA

PR1897E
Date Icon 09/12/2004

Il-Kumitat għall-Użu tal-Prodotti Mediċinali fil-Bniedem, f`laqgħa straordinarja f`Londra fit-8 ta` Diċembru 2004, fl-isfond ta` tagħrif ġdid, ikkonferma d-deċiżjoni li kien ha f`April li għadda li l-bilanċ ta` benefiċċju/riskju ta` l-użu tal-mediċina paroxitine jibqa` favur li tintuża fil kura ta` l-adulti.   

Sadattant il-Kumitat saħħaħ id-deċiżjoni li kien ha qabel li għandu jkun hemm twissija ta` riskju ta’ aġir mhux tas-soltu fit-tfal u adolexxenti li jista` jkun ta` periklu ċar għal ħajjithom.  

L-istess kumitat sostna li din it-twissija tapplika ukoll għall-użu fit-tfal ta` mediċini oħra msejħa SSRI u SNRI, li hemm xi ħjiel li jistgħu ikunu ta’ ħsara. 

Il-Kumitat jixtieq ukoll jinforma kemm lit-tobba kif ukoll lill-pazjenti u `l min jieħu ħsiebhom li:  

1    Mediċini tat-tip SSRI u SNRI m’għandhomx jintużaw fil-kura tat-tfal u adolexxenti li jbatu bi dwejjaq u ansjeta` żejda;

2    Studji kliniċi juru li dan it-tip ta` mediċini jistgħu jkunu ta` riskju żejjed meta jintużaw fit-tfal u fl-adoloxxenti;

3    It-tabib jista` f`ċerti każi minħabba raġunijiet kliniċi, juza’ dan it-tip ta` mediċini fit-tfal u adolexxenti basta jkun jista` jżomm għajnejh fuqhom;

4    Il-pazjent qatt m`għandu jwaqqaf dawn il-mediċini ħesrem, iżda għandu jħalli f`idejn it-tabib biex jitwaqqfu bil-mod, fuq medda ta` gimgħat jew xhur;

5    Jekk ikun hemm xi dubju dwar dawn il-mediċini, wieħed għandu dejjem jieħu parir mingħand it-tabib tiegħu.  

Lista ta’ prodotti li jagħqu taħt din it-twissija li jistgħu jinstabu fis-suq lokali:  

Atomoxetine, Citalopram (Cipram®, Oropram®), Duloxetin, Escitalopram (Cipralex®), Fluoxetine (Anxetin®, APO-Fluoxetine®, Eurozithro®, Flonital®, Flunil®, Fluocim®, Fluoxetine Delta®, Fluxil®, Magrilan®, Novo-Fluoxetine®, Oxacitin®, Prozac®, Prozac® Weekly, Salipax®, Surafem®, Zactin®), Fluvoxamine (Faverin®, Fluvoxamine®, NOVO-Fluvoxamine®), Mianserin(Lantanon®, Mianserin®), Milnacipran (IXEL®), Mirtazapine, Paroxetine (Paxetin®, Seroxat®) Reboxetine (Edronax®), Sertraline (Lustral®), Venlafaxine (Efexor®, Efexor® Modified Release XL)

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow