TLIET NISA U MARA – RUMANZ TA’ AWTRIĊI MALTIJA
Mariella Pisani Bencini għadha kif ippublikat ir-rumanz ġdid tagħha “Tliet Nisa u Mara”. Il-pubblikazzjoni hi tal-Klabb Kotba Maltin.
Mariella Pisani Bencini ilha għal dawn l-aħħar ħdax-il sena tippreżenta u tipproduċi l-programm kulturali ‘Meander’ fuq l-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni. Hi kitbet għadd ta’ novelli u radjudrammi li xxandu fuq l-istazzjon nazzjonali tar-radju kif ukoll dramm għat-televiżjoni li kien rebaħ premju imniedi mill-istess stazzjon. “Tliet Nisa u Mara” huwa l-ewwel rumanz li kitbet u l-ewwel pubbklikazzjoni tagħha.
Mariella Pisani Bencini ppreżentat kopja ta’ dan ir-rumanz lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech fl-uffiċju tiegħu fil-Berġa ta’ l-Italja. Francis Zammit Dimech qal li ftit huma r-rumanzieri nisa Maltin u għalhekk ried jifraħ minn qalbu lil Mariella Pisani Bencini ta’ dan ix-xogħol kulturali tagħha. “Mariella Pisani Bencini hi magħrufa għall-programm televiżiv ‘Meander’ li laħaq livelli kulturali mill-aqwa. Mariella Pisani Bencini mhix biss preżentatriċi iżda wkoll awtriċi,” qal Francis Zammit Dimech filwaqt li stqarr li fi żmien meta hawn rinaxximent kulturali f’pajjiżna kien ta’ pjaċir għalih jara sehem il-mara jikber.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946