KUMITAT FESTI NAZZJONALI: ATTIVITAJIET GĦAL "JUM IR-REPUBBLIKA"- 13 TA' DIĊEMRBU, 2004
PR1881
07/12/2004
Il-Ħadd, 12 ta' Diċembru, 2004
| 09.30hrs | Tqegħid ta’ kuruna mill-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-qabar tas-Sinjorina Agatha Barbara, ex-President ta’ Malta fiċ-Ċimiterju Parrokkjali, Ħaż-Żabbar. |
| 10.00hrs | Tqegħid ta' kuruna mill-Kumitat Festi Nazzjonali, fuq il-Monument ta' l-Avukat Anton Buttigieg, ex-President ta' Malta, fi Blata l-Bajda. |
It-Tnejn , 13 ta' Diċembru, 2004 - Jum ir-Repubblika
| 09.30hrs | Il-Kontinġenti tal-Forzi Armati ta' Malta, akkumpanjati mill-Banda jitilqu minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re, Floriana, u jimmarċjaw tul Triq ir-Repubblika sal-Pjazza tal-Palazz fejn issir il-Parata. |
| 10.00hrs | Ċerimonja tal-Parata mill-Forzi Armati ta' Malta. Jattendu l-President ta' Malta, il-Prim Ministru, diversi personalitajiet distinti u mistednin oħra. |
| 11.00hrs | Wara l-Parata ssir Ċerimonja ta' Investitura u ta' l-Għotja ta' Midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill, il-Palazz, Valletta. |
| 17.00hrs | Programm ta' marċi mis-Soċjetà Filarmonika u Banda King’s Own, tal-Belt Valletta u s-Soċjetà Filarmonika Lourdes, Qrendi tul Triq ir-Repubblika, Triq il-Merkanti, Triq San Ġwann u lura għal Triq ir-Repubblika, Valletta. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946