Left arrow Mur Lura

PUBBLIKAT IR-RAPPORT PRELIMINARI TAL-PJAN TA’ ĦIDMA TA’ DIN IS-SENA

PR1876
Date Icon 06/12/2004

“Il-Pjan ta’ Ħidma għan-negozji żgħar u s-self-employed li ġie ppubblikat aktar kmieni din is-sena qiegħed jitwettaq kif ippjanat.  Fil-fatt, ir-rata ta’ effettivita` li s-Small Business and Crafts Directorate tat lill-ħidma li saret s’issa mid-diversi entitajiet, li flimkien qegħdin jimplimentaw l-objettivi kif jidhru fil-Pjan ta’ Ħidma hija ta’ 35.8%.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, l-Onor.  Edwin Vassallo waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha ġie pubblikat ir-rapport preliminari tal-Pjan ta’ Ħidma ta’ din is-sena.  

Is-Segretarju Parlamentari kompla jgħid li “dan l-eżerċizzju f’nofs is-sena ta’ ħidma qiegħed isir kemm għaliex dan kien ġie propost fil-konferenza annwali li kienet saret fl-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena, kif ukoll sabiex f‘nofs is-sena ta’ ħidma nkunu nistgħu nagħtu rendikont ta’ x’ikun sar.  B’dan il-mod dawk l-entitajiet kolha li b’xi mod jew ieħor qegħdin jaħdmu flimkien magħna fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma, jkunu mgħarrfa bix-xogħol li qiegħed isir.  

“ Meta nħares lura lejn din in-nofs sena ta’ ħidma, jiena nħossni sodisfatt li b’dak li qed isir u dak li diġa sar, sa Ġunju 2005 ser inkunu temmejna bosta mill-ħidmiet li sar ħafna xogħol fuqhom s’issa.  Ħafna mix-xogħol li sar huwa xogħol preparattiv. Issa jonqos li nikkonkludu biex b’hekk inġibu fis-seħħ dawk l-inizjattivi li bihom inkunu lħaqna l-objettivi tagħna.  

“Dawn objettivi għandhom iwasslu biex ikun implimentat iċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar, u dan ir-rapport qiegħed iservi wkoll bħala indikazzjoni tal-ħidma li saret f’din l-implimentazzjoni.”  

Is-Segretarju Parlamentari awgura li “fix-xhur li ġejjin dawn l-objettivi jkunu ġew imwettqa u hekk naslu biex f’pajjiżna nkunu għamilna pass ieħor ‘il quddiem biex nistabilixxu proċess u proċeduri li jwasslu biex ikollna l-aħjar mezzi sabiex naraw li n-negozju tassew ikun mgħejjun u ffaċilitat.  B’dan il-mod inkomplu noħolqu l-impjiegi u noffru l-għajnuna kemm għal min qiegħed fin-negozju kif ukoll għal min irid jibda negozju ġdid.”  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo temm billi rringrazzja lil dawk l-uffiċjali kollha, b’mod partikolari l-uffiċjali ta’ l-iSmall Business and Crafts Directorate, li f’dawn l-aħħar xhur ħadmu biex flimkien raw dawn l-objettivi jibdew jitwettqu.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow