IMPENN TAL-GVERN FAVUR L-AMBJENT
PR1873
06/12/2004
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni għadu kif bidel waħda mill-karrozzi mikrija lilu ma’ waħda li taħdem bl-elettriku. Dan il-kontribut favur l-ambjent huwa konformi mal-politika uffiċjali tal-Gvern. Il-karrozza elettrika ser tintuża mid-Dipartiment għall-bżonnijiet tiegħu ta’ kuljum.
Digà hemm ħames karrozzi oħra ta’ l-elettriku f’dipartimenti tal-Gvern u entitajiet pubbliċi. Huwa mistenni li dipartimenti oħra jagħmlu l-istess fi żmien mhux ’il bogħod.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946