Left arrow Mur Lura

SUĊĊESS GĦALL-KAMPANJA CLEAN UP THE WORLD 2004

PR1870
Date Icon 06/12/2004

Il-kampanja Clean Up the World għal din is-sena ġiet fi tmiemha b’attività f’Pembroke u li fiha ħadu sehem fost l-oħrajn membri parlamentari u membri tal-korp diplomatiku.  

Il-kampanja li kienet organizzata mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kienet organizzata fuq jumejn għall-ewwel darba minn kemm ilha ssir f’Malta.  

Fost l-attivitajiet li ġew organizzati għal din l-okkażjoni kien hemm attività ta’ tindif taħt il-baħar fl-inħawi ta’ l-Exiles f’Tas-Sliema.  F’din l-attività ħadu sehem madwar tletin bugħaddas u magħhom ingħaqad ukoll il-Ministru George Pullicino.  

Fl-attività li saret f’Pembroke, ħdejn iċ-ċentru Martin Luther King ħadu sehem numru ta’ membri parlamentari u membri tal-korp diplomatiku.  Din l-attività saret bil-kollaborazzjoni ta’ l-Armata li pprovdiet l-apparat u l-makkinarju meħtieġ.  F’din l-attività neħħew madwar żewġ trakkijiet ta’ skart.  

Fl-aħħarnett, iż-żewġ Ministeri jesprimu d-diżappunt li d-deputati ta’ l-Oppożizzjoni u l-għaqdiet ambjentali ma pparteċipawx f’dawn l-attivitajiet.   

Fl-istess waqt, iż-żewġ Ministeri jesprimu l-apprezzament tagħhom għal kull min ta s-sehem tiegħu biex din l-attività laħqet l-iskop li titfa’ dawl fuq il-problema ta’ rimi ta’ skart li għadna niffaċċjaw f’pajjiżna.  L-awgurju hu biex din il-kampanja sservi bħala mezz ieħor importanti biex ikompli jiżdied l-għarfien dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent ta’ madwarna.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow