Left arrow Mur Lura

TWEĠIBA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-MAM

PR1867
Date Icon 04/12/2004

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jixtieq juri it-tħassib tiegħu għall-kummenti li l-MAM għoġobha tippublika fi stqarrija li ħarġet il-bieraħ 3 ta’ Diċembru, dwar dokument kunfidenzjali mgħoddi lilha u lill-unions oħra f’Ottubru.  L-iskop tad-dokument hu biex iservi ta’ bażi għal diskussjonijiet dwar prattiċi ġodda li l-Gvern qed jipproponi li jdaħħal biex is-servizzi ta’ kura tas-saħħa jkunu aktar effiċjenti, sostenibbli u li fuq kollox ipoġġu lill-pazjent fiċ-ċentru tas-servizz.  Il-unions ġew mitluba biex jikkomunikaw bil-miktub ir-reazzjoni tagħhom għal dan id-dokument sa l-aħħar ta’ Novembru  kif fil-fatt xi whud minnhom għamlu.  

Minkejja dan, il-MAM għażlet li tesprimi ruħha pubblikament u waslet għall-konklużjonijiet prematuri. Id-delikatezza tas-suġġett titlob kawtela, għaqal u prudenza. Għalhekk, il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jħoss li hu żball li l-MAM unilateralment għażlet li tikkumenta pubblikament qabel ma talbet kjarifiki li kienet mistennija tagħmel.  

Il-MAM bħal unions l-oħra, ġiet mgħarrfa li f’Jannar se jibdew it-taħdidiet formali u  hemm għandu jkun il-forum fejn kulħadd jgħid tiegħu u b’rieda tajba jintlaħaq ftehim mhux biss fl-interess tal-ħaddiema imma fuq kollox tal-pazjent.  

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jappella lil dawk kollha konċernati f’dawn it-taħdidiet biex ikunu prudenti, responsabbli u jużaw is-sens komun.    

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow