Left arrow Mur Lura

CLEAN UP THE WORLD - “FLIMKIEN NĦARSU L-AMBJENT GĦAL ĠEJJIENI AĦJAR”

PR1863
Date Icon 03/12/2004

F’okkażjoni tal-Clean Up the World, li għall-ewwel darba qeda tkun organizzata fuq bażi ta’ jumejn, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino żaru diversi postijiet fejn twettaq tindif mid-Dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika u minn diversi skejjel. It-tema magħżula għal din is-sena hija:  “Flimkien inħarsu l-ambjent għal ġejjieni aħjar”.  

Il-Ministru Ninu Zammit tenna li s-sucċċess ta’ din il-kampanja ma jiddependix biss mix-xogħol li jitwettaq mid-Dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika iżda wkoll mill-pubbliku. Għalhekk fl-aħħar ġimgħat ġew ikkuntattjati l-Kunsilli Lokali, skejjel, NGO’s, għaqdiet volontarji, entitajiet kummerċjali, il-Forzi Armati u Membri Parlamentari biex jagħtu s-sehem tagħom.  

Il-Ministru Ninu Zammit faħħar l-impenn tad-Dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika għax-xogħol siewi u bla heda, li twettaq fl-aħħar xhur f’diversi widien, toroq arterjali u industrial estates li spiċċaw miżbliet ta’ skart mitfuħ b’mod illegali minn nies irresponsabbli. Fl-ewwel ħdax-il xahar ta’ din is-sena nġabbru ’l fuq minn 16,000 tunnellata ta’ skart ta’ kull tip minn dawn il-postijiet. Dan sewa lill-poplu jew lit-‘taxpayer’  ’l fuq minn Lm440,000.  

Il-Ministru ghar-Riżorsi u Infrastruttura Ninu Zammit appella wkoll biex kulħadd jagħmel is-sehem tiegħu fejn għandu x’jaqsam mas-separazzjoni ta’ l-iskart,  kif ukoll biex isir użu aktar kemm tal-bring-in sites,  kif ukoll tal-bulky refuse service, liema  sistema ta’ bulky refuse tidher li qeda tiġi utilizzata tajjeb mill-pubbliku. B’dan il-mod kulħadd ikun qed jagħti sehmu biex jintlaħaq l-iskop ta’pajjiż aktar nadif.  

Id-Dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika ħa azzjoni fuq iktar minn 20,000 telefonata li rċieva sa l-aħħar ta’ Novembru, sabiex jinġabar skart goff mid-djar. Madankollu l-Ministru Zammit irrimarka li, minkejja li jeżisti dan is-servizz ta’ ġbir mingħajr ħlas, fl-aħħar sitt xhur kien hemm ’l fuq minn 350 ilment ta’ skart li ntrema b’mod illegali.  

Il-Ministru George Pullicino qal li din il-kampanja ta’ tindif turina wkoll il-problema li teżisti bir-rimi ta’ skart b’mod illegali u bl-addoċċ.  Minbarra li jkompli għaddej bi programm ta’ tindif, fil-bidu tas-sena d-dieħla se jidħlu fis-seħħ miżuri aktar ħorox għal min jinqabad iħammeġ.  

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino qal li kampanja bħal din titfa’ dawl fuq il-problema li jiffaċċja pajjiżna biex jimmaniġġja l-iskart.  Hu qal li fil-budget għas-sena d-dieħla, il-Gvern kważi rdoppja n-nefqa għall-immaniġġjar ta’ l-iskart, li minn madwar Lm4 miljuni issa telgħet għal Lm7.4 miljuni.  Dan minbarra fondi oħrajn li se tagħtina l-Unjoni Ewropea għall-proġetti kapitali bħalma hu l-proġett ta’ kontroll ta’ gassijiet li ħerġin mill-miżbliet, iż-żieda fil-bring in sites u t-twaqqif ta’ civic amenity sites.   

Finalment iż-żewġ Ministri appellaw lil kulħadd  biex kull wieħed u waħda minnha jibda  japprezza li l-ambjent hu r-responsabbiltà tagħna lkoll. Il-Gvern se jibqa’ jaħdem bis-sħiħ sabiex iħares l-ambjent. Huma faħħru lil kull min ta sehemhu f’din il-kampanja sabiex nassiguraw ambjent aħjar għal ġenerazzjonijiet futuri.

Clean up localities pr1863a xls

DOI – 03.12.2004

13.09 Kbytes Last Modified on 03rd December, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow