Left arrow Go Back

PROĊEDURI EĦFEF GĦAL DAWK LI GĦADHOM MA ĦALLSUX IL-LIĊENZJA TAN-NEGOZJU

PR1857
Date Icon 02/12/2004

Dawk il-persuni li għandhom liċenzja tan-negozju, u li għal xi raġuni għadhom ma ħallsux l-ammont dovut, għandhom iħallsuħ sa l-aħħar ta’ din is-sena.  Dan jistgħu jagħmluh billi jmorru fil-fergħat tal-Maltapost plc.  Din l-opportunita` qiegħda tingħata permezz ta’ skema li qed tiġi offruta mis-Segretarjat għan-Negozji Żghar u s-Self Employed, b’kollaborazzjoni mal-Maltapost p.l.c..  

Din l-iskema għandha bħala l-objettivi tagħha s-simplifikazzjoni tal-proċedura tal-ġbir ta’ flus dovuti lill-Gvern, u li tiġi aġġornata d-‘database’ ta’ dawk il-persuni li għandhom liċenzja ta’ negozju.  Din l-iskema hija maħsuba wkoll biex isir eżerċizzju li permezz tiegħu, lil dawk kollha li għandhom liċenzja tan-negozju, jintbagħtilhom l-avviż tal-ħlas, kif ukoll biex dawk li għal xi raġuni jew oħra ma rċevewx l-avviż tal-ħlas, xorta waħda jkun jista’ jħallas il-liċenzja.  

Din l-iskema toffri opportunita` lil dawk il-persuni li rċevew avviż ta’ ħlas u għadhom ma ħallsux il-liċenzja, kif ukoll lil dawk is-sidien tan-negozji li għandhom liċenzja u li f’dawn l-aħħar xhur qatt ma rċevew avviż ta’ ħlas u għandhom il-liċenzja mhux imħallsa, biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom.   

Biex isir il-ħlas, il-persuni li jmorru fil-fergħat tal-Maltapost iridu jieħdu magħhom kopja tal-liċenzja oriġnali, l-irċevuta ta’ l-aħħar pagament, u kopja ta’ l-avviż ta’ tiġdid jekk ikollhom.  Dawk il-persuni li jmorru biex jirregolarizzaw il-pożiżżjoni taghħom, jkunu jridu mbagħad iħallsu l-pagament kollu, inkluż jekk ikun hemm, arretrati.  Jekk il-persuna ma jkollhiex l-avviż ta’ tiġdid, allura tkun tinħtieġ kopja ta’ l-aħħar irċevuta.  

Is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edwin Vassallo qal li “il-Gvern qiegħed jiffaċilita n-negozju u qiegħed joffri servizz li bih il-klijent jinqeda’ aħjar.  B’hekk il-klijent ma jkollux għalfejn jidħol jagħmel il-ħlas tiegħu fil-Belt Valletta , iżda jkun jista’ jagħmlu wkoll bil-kumdita` kollha fl-eqreb fergħa tal-Maltapost.  Iżda dan il-ħlas irid isir sa l-aħħar ta’ din is-sena. Permezz ta’ din l-iskema ta’ ħlas, qegħdin innaqqsu ftit burokrazija żejda u b’hekk ngħinu u nsostnu aktar in-negozju.”

DOI – 02.12.2004

5.49 Kbytes Last Modified on 02nd December, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow