Left arrow Mur Lura

AĠĠUSTAMENT FIR-RATI TA’ ABBONAMENT TAL-GAZZETTA TAL-GVERN

PR1854
Date Icon 02/12/2004

Peress li mill-1 ta’ Mejju 2004, bdiet titħallas 5% VAT fuq il-bejgħ tal-Gazzetta tal-Gvern, li s’issa kienet ġiet assorbita mill-Gvern, ir-rati ta’ abbonament qed jiġu riveduti b-effett mill 1 ta’ Jannar 2005.  Dettalji tar-rati l-ġodda jinsabu fit-tabella annessa.  Il-prezz ta’ kull ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern li tinxtara individwalment ser jibqa’ l-istess, jiġifieri 2c għal kull paġna.  

Sadattant, il-pubbliku huwa mfakkar li verżjoni elettronika ta’ kull ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tiġi ppubblikata fuq il-website tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni www.doi.gov.mt fl-istess ġurnata u ħin li tiġi ppubblikata l-verżjoni stampata.  Is-supplimenti tal-Gazzetta li jinkludu l-Atti tal-Parlament, Abbozzi ta’ Liġijiet u Avviżi Legali, ukoll jiġu mxandra separatament fuq il-website.  

Barra minnhekk, e-mail users jistgħu japplikaw biex jirċievu elettronikament avviżi dwar sejħiet għal Impjiegi fis-Settur Pubbliku, sejħiet għal Tenders Pubbliċi u sejħiet għal għoti ta’ Boroż ta’ Studju li jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.  Kull min hu nteressat, jista’ jindirizza t-talba tiegħu lil doimail@gov.mt  L-avviżi msemmija jintbagħtu direttament b’mod regolari fil-personal e-mail account ta’ min ikun għamel it-talba.  

Is-servizzi elettroniċi msemmija huma kollha bla ħlas.  

Tabella…

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow