MESSAĠĠ B’DIFFERENZA GĦAL JUM IL-PERSUNI B’DIŻABILITA’ - SAĦĦA FID-DIVERSITÀ
Intervista ta’ 7 minuti mal-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali tintwera fuq TVM nhar il-Ġimgħa bejn is-6.00pm u s-6.30pm
Omar Jelassi huwa persuna b’diżabiltà intelletwali li għalkemm twieled Malta trabba fit-Tunezija. Ma kienx faċli għalih jitgħallem il-Malti u jsir jaf jaqra bil-lingwa tagħna, għaliex qabel kien juża l-lingwa Franċiża u l-Għarbi.
Dawn iċ-ċirkostanzi ma qatgħux qalb Omar li jmur fuq it-television u jintervista lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Socjali, Dolores Cristina. Il-mistoqsijiet li għamel lill-Ministru kienu ppreparati minnu stess u anke waqt ir-recording kompla jżid magħhom!
TVM nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Diċembru se jxandar l-intervista ta’ 7 minuti bejn is-6 u 6.30 ta’ filgħaxija.
Omar jaħdem ma’ kumpanija privata. Huwa jifforma parti minn grupp ta’ persuni b’diżabilità intellettwali li qegħdin jirrappreżentaw lilhom innfushom u jitkellmu favur id-drittijiet tagħhom.
L-ewwel darba li kien iċċelebrat Jum il-Persuni b’Diżabilità mill-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti kien fl-1981. Minn dak iż-żmien ’l hawn it-3 ta’ Dicembru baqa’ miżmum bħala l-Jum iddedikat għal Persuni b’Diżabiltà. Ħafna pajjiżi jiċċelebraw din il-ġurnata b’mod differenti skond it-tradizzjonijiet u l-kulturi diversi.
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabiltà, li ila tiċċelebra dan il-jum għal dawn l-aħħar 17-il sena, organizzat ħafna attivitajiet fuq medda ta’ ġimgħa. It-tema għal din is-sena hija Saħħa fid-Diversità u torbot ma’ attivitajiet dwar id-drittijiet umani.
DOI 02.12.2004
4.31 Kbytes Last Modified on 02nd December, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946