Left arrow Mur Lura

"BUDGET LI SER IŻID L-INVESTIMENT, IX-XOGĦOL, IL-KUMMERĊ, U N-NEGOZJU F’PAJJIŻNA” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

PR1842
Date Icon 29/11/2004

“Fit-tħaddim ta’ l-attivita` kummerċjali fid-dinja tal-lum, ma baqax iż-żmien li fih jitħarsu l-interessi ta’ min iħaddem bħallikieku huma kontra l-interessi tal-ħaddiema.  Illum jeżisti interess wieħed; li nġeddu l-attivita` kummerċjali tagħna u naraw li din tkun addatta għall-opportunitajiet li għandu pajjiżna.  F’dan il-kuntest, il-Gvern ħa l-aħjar deċiżjonijiet, u permezz tagħhom għandu bħala prijoritajiet li jara li jiżdied ix-xogħol, jissaħħah l-investiment, u tissaħħah l-abilita` kompetittiva ta’ l-attivita` industrjjali u kummerċjali tagħna.  

B’dawn il-prijoritajiet, il-Gvern qed jiddefendi l-impjiegi eżistenti tal-ħaddiema filwaqt li jara li joħloq l-aħjar inċentivi għal min irid jinvesti u jħaddem.”  B’dawn il-kummenti, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo fetaħ laqgħa li kellu ma’ numru ta’ self-employed.  Fid-diskors tiegħu l-Onor. Edwin Vassallo wera li mhux qed jaqbel għal kollox ma’ ċertu kummenti tal-GWU u l-UHM, u qal li “Illum ma jeżistux biss l-interessi tal-ħaddiema, u min iħaddem qiegħed jingħata opportunitajiet ġodda u qegħdin jitħarsulu d-drittijiet.  Illum għandna rejalta` waħda li hija t-tiġdid ta’ l-attivita` kummerċjali u, mingħajr ma nippermettu li tirkeb fuq rasna u toħdilna id-dinjita` umana tagħna, għandna naraw kif inħarsu l-interess li f’pajjiżna jinħoloq ix-xogħol.  Min jaħseb li ser jiddefendi biss lill-ħaddiema meta jitkellem, illum ma jkunx qed jiddefendi l-interessi tax-xogħol, l-impjiegi u l-investiment.”  

Meta kien qiegħed jitkellem dwar dan il-budget, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo rrefera għalih bħala inizjattiva f’waqtha li qed turi li l-Gvern qiegħed jieħu l-aħjar deċiżjonijiet biex jara li joħloq ix-xogħol u tiġġedded l-abilita` kompetittiva ta’ pajjiżna.  “Iżjed ma jiżdied ix-xogħol, iżjed ma jkollna ħaddiema li għandhom moħħhom mistrieħ mill-impjieg tagħhom, iżjed ma jkollna l-industriji kbar jaħdmu, iżjed ser jaħdmu n-negozji ż-żghar u jiżdied il-kummerċ u n-negozju.  Għalhekk dan huwa budget li qed jara li f’pajjiżna jiżdied l-investiment, ix-xogħol, il-kummerċ, u n-negozju.  Dan huwa budget li permezz tiegħu pajjiżna jidher li għandu direzzjoni u jaf kif jista’ jtejjeb l-abilita` kompetittiva ta’ min jaħdem u min iħaddem fi sforz wieħed.”

DOI  29.11.2004

5.24 Kbytes Last Modified on 30th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow