GĦELUQ TAT-TRIQ TUL IX-XATT TA’ PINTO FL-INTERESS TAS-SIGURTA’ PUBBLIKA
L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta tixtieq tavża li minħabba sitwazzjoni perikoluża ikkawżata mis-swar u l-istrutturi ta’ taħthom tul ix-Xatt ta’ Pinto, it-triq li tgħaddi minn taħt dawn is-swar bejn id-dħul għax-Xatt ta’ Pinto min-naħa tas-Sea Passenger Terminal u d-dħul għax-Xatt ta’ Pinto min-naħa tal-Power Station l-Antika qed tingħalaq għat-traffiku b’effett immedjat.
Fid-dawl ta’ dan, il-pubbliku huwa mgħarraf li l-miżuri ta’ kontinġenza għat-treġija tat-traffiku li ġejjin qed jiġu mplimentati:
· It-traffiku mill-Belt min-naħa tax-Xatt ta’ Lascaris ser jibda jgħaddi mit-telgħa tal-Kurċifiss;
· It-traffiku min-naħa tal-Menqa tal-Marsa ser jgħaddi minn Belt il-Ħażna jew Triq Diċembru 13/Triq Nazzjonali;
· L-aċċess mill-Menqa tal-Marsa lejn ix-Xatt ta’ Pinto ser ikun miftuħ biss għal persuni jew sewwieqa li jagħtu xi servizz fis-Sea Passenger Terminal.
Barra minn hekk, il-pubbliku li jkun dieħel il-Belt, qed jiġi mħeġġeġ biex juża t-trasport pubbliku sakemm dawn il-miżuri jibqgħu fis-seħħ.
Is-sewwieqa huma mħeġġa jsuqu bi prudenza l-ħin kollu.
DOI - 26.11.2004
5.71 Kbytes Last Modified on 26th November, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946