IL-FAXXI TAS-SISA FUQ IL-PAKKETTI TAS-SIGARETTI MAĦDUMIN LOKALMENT
PR1827
24/11/2004
Id-Dipartiment tad-Dwana jixtieq jinforma lill-pubbliku, li b'effett mill-25 ta' Novembru, il-faxxi tas-Sisa fuq il-pakketti tas-sigaretti maħdumin lokalment ser ikunu mmarkati bl-ittra 'B' flok l-ittra 'A' użata sa llum, biex jindikaw il-bidla fir-rati tad-dazju tas-sisa kif imħabbra fil-Budget ghas-sena 2005.
Fil-każ tas-sigaretti importati, minħabba raġunijiet tekniċi, il-faxxi tas-Sisa għal żmien limitat jibqgħu jidhru bl-ittra 'A' sakemm jinħlew li stokkijiet fl-imħażen. Madankollu, ir-rati tas-sisa l-ġodda japplikaw immedjatament mar-rilaxx mill-imħażen.
DOI 24.11.2004
2.27 Kbytes Last Modified on 24th November, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946