Left arrow Mur Lura

TAGĦRIF DWAR IL-BUDGET

PR1825
Date Icon 24/11/2004

Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni jixtieq javża li ser joffri dawn is-servizzi ta’ tagħrif dwar il-Budget 2005.

Il-Budget fuq l-internet

Il-lejla, hekk kif il-Prim Ministru jispiċċa d-diskors tiegħu fil-Parlament, fuq il-website tad-DOI www.doi.gov.mt ser tittella’ link mal-website tal-Ministeru tal-Finanzi (www.mfin.gov.mt) għat-test sħiħ tad-Diskors tal-Budget, l-Estimi Finanzjarji, kif ukoll l-Economic Survey.  Barra minnhekk, ser jiġu mxandra audio recording tad-Diskors tal-Budget kif ukoll audio u video recordings tal-Konferenza Stampa li ser jagħti l-Prim Ministru l-lejla fit-8.30 p.m.

Pubblikazzjonijiet dwar il-Budget

Kopji stampati tad-Diskors tal-Budget bil-Malti u bl-Ingliż (Lm1), l-Estimi Finanzjarji (Lm2), u l-Economic Survey (Lm2), ser ikunu għall-bejgħ mid-DOI Sales Office, 3 Misraħ Kastilja, Valletta u mill-ħwienet awtorizzati minn għada l-Ħamis, 25 ta’ Novembru 2004.

White Paper

Ser tiġi pubblikata wkoll White Paper dwar il-pensjonijiet -“Pensions – Adequate & Sustainable” (Lm4).  Kopji bl-Ingliż, ta’ din il-White Paper, se jkunu ghall-bejgh wkoll mid-DOI Sales Office, minn għada l-Ħamis, 25 ta’ Novembru 2004.  Il-White Paper se tkun ukoll online fuq website  www.pensions.gov.mt

Min jixtieq jordna kopji ta’ dawn il-pubblikazzjonijiet, jista’ jibgħat cheque indirizzat lid-Direttur ta’ l-Informazzjoni, u jirċevihom bil-posta. 

Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel fuq Freephone 153 jew jibgħat e.mail lil info@gov.mt

DOI  24.11.2004

8.11 Kbytes Last Modified on 24th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow