DR. FRANCIS AGIUS JINDIRIZZA IL-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ L-AGRIKULTURA U S-SAJD TA’ L-UNJONI EWROPEA FI BRUSSEL
Is-Segretarju Parlametari għall-Biedja u s-Sajd, Dr. Francis Agius, attenda il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Agrikultura u s-Sajd ta’ l-Unjoni Ewropea, li nżamm fi Brussel fit-22 u t-23 ta’ Novembru 2004.
Meta ndirizza l-Kunsill tal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropea, Dr. Agius, beda billi feraħ lill-Kummisarju Malti Dr. Joe Borg għall-kariga l-ġdida tiegħu, fl-intervent tiegħu fil-Kunsill tas-Sajd. Huwa stqarr li fil-proposti tal-Kummissarju għall-Fond Ewropew tas-Sajd se jittieħdu in konsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-pajjiżi bħal Malta fil-periferija ta’ l-Unjoni Ewropea fil-programm għas-snin bejn 2007 u 2013 għall-immodernizzar u rrinovament tal-flotta tas-sajd. Dr. Agius faħħar ukoll l-inizjattiva tal-Komunita' Ewropea sabiex testendi l-għajnuna finanzjarja għas-settur ta’ l-akwakultura.
Fost il-materji li ġew diskussi f’dan il-Kunsill, kien hemm ir-riformi fis-suq taz-zokkor li l-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi lill-Pajjiżi Membri. Din ir-riforma hija mmirata għal suq iktar liberalizzat u prezzijiet irħas taz-zokkor għall-konsumaturi Ewropej. F’intervent li għamel Dr. Agius, huwa ressaq il-pożizzjoni ta’ Malta fuq dan il-punt, fejn huwa qal illi Malta qegħda tappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea.
Huwa tkellem ukoll dwar il-proposti biex jitwaqqaf fond għall-Iżvilupp Rurali u qajjem numru ta’ punti li jinteressaw lil Malta direttament. Fost dawn hemm il-ħtieġa ta’ iktar flessibilita' fil-miżuri proposti mill-Kummissjoni Ewropea għall-Iżvilupp Rurali, b’mod partikolari fl-allokazzjoni ta’ fondi għal dawn il-miżuri.
DOI - 23.11.2004
5.39 Kbytes Last Modified on 23rd November, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946