Left arrow Go Back

TAĦRIĠ NEĊESSARJU GĦALL-AĦJAR SERVIZZ

PR182
Date Icon 13/02/2004

Il-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li l-ikel u l-preparazzjoni tiegħu kienu komponenti mportanti fis-settur turistiku u kien għalhekk meħtieġ li dawk kollha li jaħdmu f’dan is-settur jingħataw it-taħriġ neċessarju biex joffru l-aħjar servizzi. Huwa kien qed jitkellem meta ipprezenta l-premjijiet lir-rebbieha tan-National Open Barista Competition. 

Il-Ministru għat-Turiżmu qal li f’Malta kien hawn 1,000 stabbiliment tal-catering li kienu jkopru 42,000 cover u qrib l-2,000 bar. Hu qal li fattur komuni f’dawn l-istabbilimenti kien il-kafe’ li jisserva sew wara l-ikel,kif ukoll mill-bars.  

Jirrizulta li anke l-mod kif barman jipprepara u jippreżenta espresso jew cappuccino fih ċerta teknika li trid tiġi ossservata. Hu qal li kien għalhekk li kompetizzjonijiet bħal din tal-lum, li kienet qed tkun ġudikata minn ġurija barranija, kienet importanti għaliex toħroġ il-kapaċitajiet tal-barmenlokali. 

Francis Zammit Dimech qal li t-titjib fis-servizz hu komponent importanti jekk irridu nkomplu nagħmlu qabża ta’ kwalita’ biex niġbdu lejn xtutna turisti li jonfqu aktar flus. Hu qal li issa li l-istrateġija fil-qasam turistiku hi li pajjiżna qiegħed jiġbed lejh turisti li jżuruna għall-esperjenza li toffri Malta f’dik li hi storja, kultura, folklor, baħar blu madwarna, tagħlim tal-lingwa Ingliża u tant niċeċ oħrajn, irid mhux biss ikollna l-lukandi u r-ristoranti ta’ l-ogħla livell, iżda anke s-servizz li noffru. 

Il-Ministru  għat-Turiżmu qal li dak li jgħodd għat-turisti jgħodd ukoll għall-Maltin li bla dubbju ta’ xejn jixirqilhom l-aqwa servizz u trattament daqs dak li nagħtu lil min iżurna. Il-gastronomija tista’ wkoll tkun parti mill-esperjenza li noffru lit-turisti li jżuruna. Għalhekk kien importanti li nkomplu ninkoraġuxxu kompetizzjonijiet marbuta mal-preparazzjoni ta’ ikel u x-xorb u mal-mod kif inservuhom. 

Il-Ministru għat-Turiżmu awgura lil Attard & Co. Foodstuffs li b’kollaborazzjoni ma’ Saquela Caffè s.r.l. kienu qed jorganizzaw din il-kompetizzjoni nazzjonali. Awgura wkoll lill-barmen li qed jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni kull suċċess. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow