Left arrow Mur Lura

L-AWTORITÀ TAD-DJAR: IKTAR PROĠETTI FAVUR L-AMBJENT

PR1818
Date Icon 23/11/2004

L-Awtorità tad-Djar qegħda tieħu aktar miżuri favur l-ambjent fil-proġetti ta’ djar tagħha.  Dan tħabbar illum mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, l-Onor. Dolores Cristina, u c-Chairperson ta’ l-Awtorità tad-Djar Marisa Micallef waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fil-Ministeru, fil-preżenza tal-General Manager ta’ l-Awtorità, Lorna Pavia u Dr. Vince Buhagiar, il-persuna li tat pariri lill-Awtorità għall-installazzjoni ta’ miżuri favur l-ambjent fil-blokk ta’ appartamenti f’tal-Ftieħ, B’Kara.

Wara s-suċċess miksub fl-iżvilupp ta’ blokk ta’ għaxar appartamenti f’tal-Ftieħ, B’Kara, b’disinn li jinkludi miżuri favur l-ambjent, il-Bord ta’ l-Awtorità tad-Djar iddeċieda li jimplimenta miżuri simili fil-proġetti ta’ bini, fejn ikun possibli.   

Ic-Chairperson ta’ l-Awtorità tad-Djar, Marisa Micallef, li tirrappreżenta wkoll lill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjet Soċjali fil-NCSD, spjegat li l-bini l-ġdid ser jiġi ddisinjat b’double glazing, persjani, insulation fis-saqaf u fil-ħitan, bir u solar panel heaters.  “Hu importanti li l-Awtorità tmexxi bl-eżempju,” spjegat Ms. Micallef,  “u kien għalhekk li l-Awtorità tad-Djar ħadet l-ewwel pass f’dan il-qasam”.  B’dawn il-miżuri il-konsum tad-dawl jitnaqqas u l-kontijiet tad-dawl jiġu aktar baxxi.  L-Awtorità tad-Djar qiegħda tħares lejn il-possibilità ta’ fondi mill-UE għal dawn il-proġetti.  

Il-Ministru Cristina qalet li l-Gvern kien konxju ta’ l-importanza ta’ l-iżvilupp sostenibbli, speċjalment f’pajjiż żgħir bħal Malta fejn kull deċiżjoni dwar l-ambjent tħalli impatt sinifikattiv u mmedjat.  “In-nies qegħdin jindunaw li lkoll inġorru r-responsabilità għal kwalità ta’ ħajja li qed infasslu għalina nfusna u għal ġenerazzjonijiet tal-futur. Ħafna huma dawk li jixtiequ jipparteċipaw fil-ħarsien ta’ l-ambjent.  B’din l-inizjattiva qegħdin ninkoraġixxu użu aħjar ta’ l-enerġija, waqt li niżguraw li fondi pubbliċi qegħdin jiġu utilizzati b’responsabilità u b’mod intelliġenti,” qalet il-Ministru.

DOI - 23.11.2004

5.59 Kbytes Last Modified on 23rd November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow