IL-PRESIDENT TA’ MALTA JŻUR IS-SOĊJETÀ MALTIJA TAS-SALIB L-AĦMAR
Il-President ta` Malta , l-E.T. Dr. Edward Fenech Adami dalgħodu żar lis-Soċjeta` Maltija tas-Salib l-Aħmar fil-belt Valletta .
Il-President faħħar ix-xogħol siewi li tagħmel is-Soċjeta` tas-Salib l-Aħmar u qal li għalkemm kulħadd jaf li din is-Soċjeta` teżisti, forsi ftit huma dawk li jafu kemm tagħmel ġid din l-għaqda permezz tal-membri nvoluti b’dedikazzjoni u b’mod volontarju.
Il-President Fenech Adami wera l-apprezzament tiegħu għal mod kif is-Soċjeta` qed tagħti sehemha b’mod attiv fil-kwistjoni tar-refuġjati f’Malta. Il-President spejga li għalkemm kien hemm żmien meta s-Soċjeta` tas-Salib l-Aħmar ma kienitx attrezzata, f’qasir żmien kienet kapaċi tiżviluppa u tadatta għal kull għajnuna li tkun meħtieġa minnha. Il-President Fenech Adami faħħar l-attivitajiet li s-Soċjeta` torganizza u l-korsijiet u t-taħrig li toffri fil-qasam ta` l-ewwel għajnuna.
Il-President ta` Malta , filwaqt li awgura l-ħidma t-tajba lil membri, il-volontarji u dawk kollha involuti, awgura wkoll li s-Soċjeta` tkompli tikber għall-benefiċċju tal-Maltin kollha.
Waqt din iż-żjara, il-President tas-Soċjeta` Maltija tas-Salib l-Aħmar, il-Professur Lino Cutajar spjega kif f’dawn it-tlettax il-sena li ilha imwaqqfa, din is-Soċjeta` kibret u żviluppat f’waħda rikonoxxuta mill-Moviment Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar.
DOI - 23.11.2004
5.42 Kbytes Last Modified on 23rd November, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946