Left arrow Go Back

RAPPORT DWAR L-EFFIĊJENZA TAL-KUNSILLI LOKALI

PR1813
Date Icon 23/11/2004

Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ippubblika u qed iqassam lill-Kunsilli Lokali t-tielet Rapport għas-sena 2003 dwar l-Effiċjenza tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali li jkopri l-perjodu bejn Awissu u Novembru 2003, kif ukoll l-ewwel Rapport għas-sena 2004 li jkopri l-perjodu bjen Diċembru 2003 u Marzu 2004.  

Il-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern poġġa dawn ir-Rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti l-bieraħ, 22 ta’ Novembru 2004.  

Dawn huma d-disgħa u għoxrin u t-tletin Rapport li qed jitressqu fil-Kamra tar-Rappreżentanti.  

Fl-ewwel rapport wieħed jista’ janalizza fid-dettal ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru bejn Awissu u Novembru 2003, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kienu jkopru l-perjodu Awissu u Novembru 2002, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn Awissu u Novembru 2003.  

Fit-tieni rapport wieħed jista’ janalizza fid-dettal ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru bejn Diċembru 2003 u Marzu 2004, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kienu jkopru l-perjodu Diċembru 2002 u Marzu 2003, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn Diċembru 2003 u Marzu 2004.  

Fl-ewwel perjodu d-Dipartiment spezzjona u analizza terz tal-Kunsilli Lokali, tmintax Kunsill Lokali f’Malta u erbgħa f’Ghawdex. Fit-tieni perjodu d-Dipartiment spezzjona u analizza terz ieħor tal-Kunsilli Lokali, għoxrin Kunsill Lokali f’ Malta u tnejn f’ Għawdex.  

Fil-konklużjoni taż-żewġ rapporti qed toħroġ statistika li turi l-Kunsill Lokali bl-ogħla marka medja, kif ukoll il-Kunsill Lokali bl-anqas marka medja.

DOI - 23.11.2004

4.8 Kbytes Last Modified on 23rd November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow