Left arrow Mur Lura

PERFORMANCE AUDIT – INVENTORY STRATEGY AND DISTRIBUTION OF PHARMACEUTICAL PRODUCTS – STRATEĠIJA GĦAL INVENTARJU U D-DISTRIBUZZJONI TA’ MEDIĊINI

PR1812
Date Icon 23/11/2004

Ir-Rapport maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) – Performance Audit - Inventory Strategy and Distribution of Pharmaceutical Products - tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti mill-Onorevoli Speaker skond it-terminu ta’ l-Awditur Ġenerali u l-Att ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.  

Ir-Rapport, li ħadmet fuqu s-Sezzjoni tal-Value for Money fi ħdan dan l-istess Uffiċċju, jikkonċentra fuq żewġ punti li jaffettwaw ix-xiri u d-distribuzzjoni ta’ mediċini fis-servizzi pubbliċi tas-Saħħa, jiġifieri;  

o    Is-suffiċjenza u l-valur ta’ l-istrateġija għall-inventarju wżata mill-GPS – is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern.  

o    Kemm huma sodi u tajbin is-sistemi ta’ maniġġar ta’ stokk fi spiżeriji tal-Gvern, li huma mmexxija mid-Dipartiment tas-Saħħa Istituzzjonali, mid-Dipartiment tal-Kura Primarja tas-Saħħa u mill-Ministeru għal Għawdex.  

Il-GPS, bħala d-dipartiment responsabbli mix-xiri ta’ mediċini fid-Divizjoni tas-Saħħa, għandu mudell ta’ inventarju biex jiżgura li jkun hemm riforniment ta’ stokk. L-NAO wettaq eżerċizzju fuq prodott wieħed li jintuża spiss biex jifhem aħjar dan il-mudell. L-eżercizzju ħares lejn l-ispejjeż biex iżżomm stokk kif ukoll kif jaħdem il-mudell f’każi ta’ nuqqas.  I-istudju ndika li l-GPS abbanduna dan il-mudell u addotta l-istrateġija li jipprova jindirizza l-problemi biss wara li dawn ikunu nqalgħu.  Il-GPS mhux kuntent għax din l-istrateġija tat riżultati erratiċi u għalhekk qed jipprova jiżviluppa mudell aktar ekonomiku għall-inventarju.

Ir-Rapport ta’ l-NAO jagħti pariri fuq kif għandu jitmexxa x-xogħol biex tiġi addottata strateġija aktar ekonomika għall-inventarju. Il-GPS diġà qiegħed jaħdem fuq il-parir ta’ l-NAO biex jiġi studjat fid-dettal il-mod kif jiċċaqlaq l-istokk u b’hekk tinstab strateġija aħjar. Dan l-eżerċizzju fin-natura tiegħu se jkun wieħed twil u jirrikjedi l-implimentazzjoni mill-aktar fis ta’ deċiżjonijiet strateġiċi li jeffettwaw l-operat tal-GPS.  

It-tieni punt ta’ dan ir-Rapport jindirizza l-effettività tas-sistemi ta’ maniġġar ta’ l-istokk fi spiżeriji tal-Gvern.  Matul il-ġbir ta’ tagħrif fuq il-post li sar fis-sena 2003, fl-ispiżeriji tal-Gvern, l-NAO identifika nuqqasijiet u riskji li qed iseħħu f’dak li hu maniġġar ta’ stokk u d-distribuzzjoni ta’ mediċini. Dawn kienu jinkludu: nuqqasijiet fl-istruttura ta’ l-organizzazzjoni li dgħajfu s-sistema f’dik li hi responsabbilità u relazzjonijiet ta’ rapportaġġ; każijiet ta’ nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontroll ta’ l-istokk; u żamma ta’ verifika dokumentata insuffiċjenti. Dawn in-nuqqasijiet jistgħu jikkawżaw livelli inaċċettabbli ta’ prodotti li ma jibqgħux tajba u modi oħra ta’ telf ta’ stokk. Ir-riskji li dan iseħħ ma setgħux jiġu mkejla minħabba nuqqas ta’ informazzjoni fuq movimenti ta’ stokk.  

Matul is-sena li għaddiet, xi wħud minn dawn l-ispiżeriji ntroduċew xi tibdiliet bil-għan li jsaħħu l-kontroll ta’ stokk u l-prattika f’dawn l-istess spiżeriji.  Madanakollu, trid tingħata attenzjoni akbar biex jiġi żgurat li l-ispiżeriji jkollhom kontroll adegwat u sistemi tajba ta’ maniġġar ta’ stokk.  

Ir-Rapport jidentifika dawn il-miżuri li jekk jiġu applikati jistgħu jagħtu kontribut biex isaħħu s-sistemi fl-ispiżeriji tal-Gvern:  

1.    Infurzar ta’ direttivi, proċeduri u mizuri ta’ kontroll fl-ispiżeriji kollha;

2.    Tisħiħ ta’ strutturi ta’ maniġġar u aktar ċertezza fuq rwoli u responsabbilitajiet;

3.    Allokazzjoni tar-riżorsi neċessarji fl-ispiżeriji tal-Gvern biex jiżguraw maniġġar effettiv ta’ stokk;

4.    L-iżvilupp ta’ funzjoni ta’ sorveljar intern u verifika ta’ l-attivitajiet f’dawn l-ispiżeriji. 

DOI  23.11.2004

17.84 Kbytes Last Modified on 23rd November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow