Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN, FL-OKKAŻJONI TA’ L-IFFIRMAR TA’ FTEHIM GĦAL DEVOLUZZJONI TA’ LIBRERIJA BEJN ID-DIPARTIMENT TAL-LIBRERIJI U L-ARKIVJI U L-KUNSILL LOKALI ŻEJTUN

PR1805
Date Icon 22/11/2004

Mill-1999 il-Kunsilli Lokali ħadu fir-responsabbiltà tagħhom l-operat tal-libreriji pubbliċi.  Illum, bil-Kunsill Lokali taż-Żejtun qed nidħlu għat-43 ftehim ta’ devoluzzjoni.  Ftehim li jippermetti aktar attenzjoni lejn settur li dan il-Ministeru huwa determinat li jingħata aktar importanza u saħħa.  Id-direzzjoni li għażilna hija waħda li għandha teħodna lejn koordinazzjoni u kontroll fil-kwalità u l-valur tas-servizz mogħti minnhom.  Diġà rajna bidla billi s-self tal-kotba minn 172,085 qabel id-devoluzzjoni, illum naraw li tela’ għal-203,182.  Żieda interessanti li għandha fis-snin li ġejjin tissaħħaħ.  

Din is-sena f’din il-linja saru żewġ seminars nazzjonali u twaqqaf il- “Kumitat għall-Iżvilupp tal-Libreriji Pubbliċi fil-Kunsilli Lokali” immexxi mis-Sur Oscar Grech.  Il-Kumitat qiegħed jaħdem sabiex tiġi stabbilita politika li permezz tagħha jkun hemm għarfien aħjar tas-sehem li għandu jingħata mill-Kunsilli.  Dan qiegħed isir u wieħed jittama li lejn is-sena li ġejja jkollna l-bidu ta’ dan il-qafas imfassal sew.  

Wieħed irid jgħid li dawn il-Kunsilli qegħdin issa bil-mod il-mod jieħdu fuqhom iktar dmirijiet li għandhom ikomplu jagħtuhom importanza.  Mhux biss, iżda qegħdin jagħrfu aħjar is-sehem tagħhom fis-soċjetà u l-istess soċjetà qegħda tagħtihom iktar valur minn dak li kellhom fil-bidu.  Però wieħed għandu wkoll jgħid li wara li dawn għalqu għaxar snin u wara li saru diversi proposti għall-emendi għandna nimxu ’l quddiem sabiex dawn isiru.  

Il-Liġi tal-Kunsilli Lokali hemm bżonn li tiġi emendata sabiex twieġeb għaż-żminijiet.  Diġà hemm qbil fost is-Sindki u l-Kunsilliera fuq ħafna proposti, fosthom dik li nestendu ż-żmien minn tliet snin għal erbgħa.  Ma għadux il-każ li nibqgħu lura u ma narawx qbil anki fuq is-settur.  Hemm bżonn li narmaw aħjar il-Kunsilli sabiex iwieġbu għaż-żminijiet ta’ llum u dawk li huma ġejjin.  Għax hemm ħafna xogħol li jrid isir u ma huwiex sew li dan ma jistax jinqabad.  

Il-Kunsilli qegħdin magħna sabiex jissuddaw irwieħhom u hemm bżonn li dan il-proċess isir u jsir tajjeb.

DOI – 22.11.2004

6.42 Kbytes Last Modified on 22nd November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow