Left arrow Mur Lura

IL-BDIEWA JIRCIEVU C-CEKKIJIET TAS-SUSSIDJI FUQ IT-TADAM

PR180
Date Icon 13/02/2004

Minn din il-gimgha l-bdiewa li jkabbru t-tadam bdew jircievu c-cekkijiet bil-valur tas-sussidji ta’ 7 centezmi fuq kull kilo. 

Dawn is-sussidji qed jinghataw skond pjan miftiehem ma’ l-ghaqdiet tal-bdiewa u l-processuri, u kkonfermat fit-Trattat tas-Shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. L-ghan ta’ dan il-pjan hu li tizdied il-produzzjoni tat-tadam ghall-ipprocessar u b’hekk tizdied l-efficjenza tal-processuri. Dan ghandu jghin mhux ftit biex il-prodott ipprocessat ikun kompetittiv ma’ dawk impurtati. 

Il-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed izomm ma’ dan il-pjan u c-cekkijiet li nhargu din il-gimgha huma prova ohra ta’ dan. Il-Ministeru jixtieq ifakkar ukoll li m’hemmx tnaqqis fis-sussidju ghax kif  kien imwieghed qabel l-elezzjoni generali, dan ma kienx ser ikun taxxabbli. 

Il-prezz ta’ din is-sena ser jerga’ jkun ta’ 9 centezmi kull kilo. Dan qed jinghad ghax jidher li f’pajjizna hawn minn ghazel li johloq incertezza bla bzonn. Dan il-prezz kien thabbar ukoll ghal diversi drabi qabel ir-referendum. 

Bhal kull settur iehor fl-agrikoltura, is-settur tat-tadam ghall-ipprocessar kuragg irid u mhux tfixkil u ncertezzi. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow