Left arrow Mur Lura

IL-190 ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-KARIGA TA’ AWDITUR ĠENERALI U TA’ L-EWWEL UFFIĊĊJU NAZZJONALI TA’ VERIFIKA

PR1797
Date Icon 19/11/2004

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fakkar il-190 anniversarju mit-twaqqif tal-kariga ta’ Awditur Ġenerali u t-twaqqif ta’ l-ewwel uffiċċju nazzjonali ta’ verifika.  Għal din l-okkażjoni l-President ta’ Malta żar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifka, Floriana, nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Novembru, 2004.  

Għal dan l-avveniment attendew ukoll l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor Anton Tabone, iċ-Chairman tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-Kamra, l-Onor. Charles Mangion, u Membri Parlamentari tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, Segretarji Permanenti, mistiedna distinti oħra, flimkien ma’ l-Assistenti Awdituri Ġenerali, is-Sur Carmel Tonna u s-Sur Paul Borg, u impjegati oħra ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.  

L-Awditur Ġenerali, is-Sur Joseph G. Galea, ta fil-qosor l-isfond storiku tat-twaqqif tal-kariga ta’ Awditur Ġenerali u ta’ l-ewwel Uffiċċju Nazzjonali ta’ Verifika fl-1814, u tkellem fuq il-bidliet li seħħew fl-Uffiċċju, speċjalment f’dawn l-aħħar ftit snin wara l-bidliet leġislattivi, inklużi dawk kostituzzjonali li seħħew fl-1997.  

Il-President tar-Repubblika, l-E.T. Dr. Edward Fenech Adami, li kellu kliem ta’ inkoraġġiment għax-xogħol siewi li sar u qiegħed isir minn dan l-Uffiċċju, inawgura mafkar ta’ dan l-Anniversarju.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow