Left arrow Mur Lura

JIŻDIED IN-NUMRU TA’ DAWK LI JAGĦMLU UŻU MIL-LIBRERIJI PUBBLIĊI

PR1793
Date Icon 19/11/2004

Fl-Iskola tas-Salesjani ta’ St Patrick’s, f’Tas-Sliema, qed tittella’ “A Bargain Book Fair” fejn wieħed isib eluf ta’ kotba rari, ġodda u qodma, kotba second hand u selezzjoni ta’ “Melitensia”. Dawn il-kotba kollha huma bi prezzijiet bargain.  

Din il-fiera ser iddum miftuħa mil-lum il-Ġimgħa, 19 ta’ Novembru sal-Ħadd, 28 ta’ Novembru bejn id-9.00 am u 12.30 pm u bejn is-2.00pm u t-8.00 pm.  

Il-Ministru tat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, meta inawgura din il-fiera, stqarr li l-qari kellu sehem importanti fl-edukazzjoni tal-poplu kollu. “Il-qari jiftħilna orizzonti ġodda għaliex iwassalna biex nifhmu dak li kien ikun impossibbli nafu li kieku ma qrajniex dwaru. Fiż-żminijiet tal-lum, meta kulħadd hu ibbumbardjat minn stazzjonijiet tat-televiżjoni u r-radju, ħafna qed jabbandunaw il-qari. Iżda anke jekk it-televiżjoni u r-radju jinfurmawna b’dak kollu li jkun qed jiġri, anke jekk huma fonti ta’ kultura u storja, il-qari jibqa’ l-aktar mezz importanti ta’ edukazzjoni għaliex kuntrarjament għall-mezzi tax-xandir, dak li taqra fil-kotba tista’ terġa’ tirreferi ghaliħ għal kemm il-darba trid.”  

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien ta’ pjaċir għalih jinnota li n-numru ta’ kotba li ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi kiber minn 746,246 fl-2001 għal 757,166 fl-2002 u 807,650 fl-2003. Hu appella biex il-poplu Malti jżur din il-fiera u jkabbar il-librerija personali tiegħu billi jieħu opportunita’ mill-prezzijiet li bihom qed jinbiegħu dawn il-kotba.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow