Left arrow Mur Lura

REAZZJONI TAL-GVERN GĦALL-KONFERENZA TA’ L-AĦBARIJIET MILL-GENERAL WORKERS UNION DWAR ID-DISKUSSJONIJIET FUQ IL-PATT SOĊJALI FI ĦDAN L-MCESD

PR1790
Date Icon 18/11/2004

Il-Gvern juri t-tħassib tiegħu dwar l-atteġjament li qed tieħu l-GWU fir-rigward tad-diskussjonijiet li saru fi ħdan l-MCESD. Dawn id-diskussjonijiet kellhom il-għan jfasslu għal pajjiżna Patt Socjali, li permezz tiegħu nirrendu lil pajjiżna aktar kompetittiv u sussegwentement ikattru l-ġid permezz ta’ ekonomija soda li tiġġenera l-impjiegi u tgħolli l-kwalita’ tal-ħajja tal-familji Maltin.  

L-għan primarju ta’ Patt Socjali hu li noħolqu l-ambjent meħtieġ biex is-setturi produttivi f’pajjiżna jkomplu jinvestu biex ikattru l-opportuntajiet għall-ħolqien ta’ mpjiegi ġodda, filwaqt li jiġu mogħtija l-ispazju u l-flessibilta’ meħtieġa sabiex joperaw fi swieq, kemm lokali imma aktar u aktar swieq internazzjonali, li aktar ma’ jmur aktar qed jesperjenzaw kompetizzjoni ħarxa.  

Il-Gvern juri l-apprezzament tiegħu għall-isforz ġenwin li għamel ic-Chairman tal-MCESD bid-dokument li hu ħejja u ressaq għad-diskussjoni mal-imsieħba soċjali ’l bieraħ wara diskussjonijiet li kienu ilhom għaddejjin għal ħames xhur sħaħ. Il-Gvern jifhem l-isforz ġenwin li sar biex mill-pożizzjonijiet diverġenti tad-diversi msieħba soċjali jintlaħaq qbil fuq dokument, li bi ftit aktar sforz seta jwassal biex pajjiżna jkollu Patt Socjali li b’mod konkret jagħti opportunita` għat-titjib fil-kompetittivita` u allura fl-ekonomija ta’ pajjiżna.     

Dan izda ma setax iseħħ meta ġie ddikjarat minn waħda mill-partijiet soċjali li ma għadx fadlilha interess li tkompli tiddiskuti aktar. Dan meta kien intlaħaq qbil fuq ċerta aspetti tad-dokument li kien ġie ppreżentat mic-Chairman tal-MCESD.  

Il-Gvern jiddikjara illi huwa fl-interess tal-ħaddiema u l-familji Maltin li dan il-Patt Soċjali jiġi maqbul u konkluż. Dan għaliex jekk pajjiżna jitlef il-kompetittivita’ tiegħu huma l-ħaddiema li ser ibatu minħabba miżuri li jkollhom jittieħdu mis-setturi produttivi kollha tal-pajjiż. Kompetittivita’ akbar tfisser il-ħolqien ta’ mpjiegi aħjar, finanzi tal-Gvern fis-sod, u tkabbir ekonomiku li jissarraf fil-ħolqien tal-ġid li jitqassam bejn kulħadd. Għaldaqstant, il-Gvern huwa mhux biss imħasseb imma sorpriż għall-pożizzjoni meħuda mill-GWU, u dan meta taf li għalkemm jridu jsiru ċerta sagrifiċċji fuq il-livell immedjat, dawn ser jirrendu aktar ġid tul medda ta’ xhur lill-istess ħaddiema li l-GWU tirrapreżenta.  

Fiċ-ċirkostanzi preżenti, huwa fl-interess nazzjonali li l-Gvern jieħu d-deċiżjonijiet xierqa sabiex jirrendi lil pajjiżna aktar kompettitiv, dan għaliex il-Gvern ingħata l-mandat biex jiggverna mill-poplu. Madankollu, il-Gvern ser ikompli jżomm il-bibien imbexxqa sabiex dan il-Patt Soċjali jkompli jiġi nnegozjat u possibilment konkluż.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow