Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT: ”L-OPPOŻIZZJONI TQARRAQ FUQ IS-SAFAR MEĦTIEĠ BIEX PAJJIŻNA JIPPARTEĊIPA FL-UNJONI EWROPEA”

PR1784
Date Icon 17/11/2004

Jidher ċar minn dak li qed jgħid il-Partit Laburista, li jrid itellef il-vantaġġi ta’ sħubija billi jinsisti li pajjiżna ma jattendix ghal-laqghat u l-fora ta’ l-Unjoni Ewropea.   Dan jikkonferma li l-Oppożizzjoni għada ankrata ma’ l-imgħoddi.   

L-allegazzjonijiet infondati ta’ infiq zejjed fuq safar mill-uffiċjali tal-Gvern, li qed isir  mill-kelliema ta’ l-Oppożizzjoni, m’huma xejn ħlief tentattiv fjakk biex jipprova jitfa’ dell fuq il-ħidma mwettqa mill-uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, fil-laqghat u l-fora kollha ta’ l-Unjoni Ewropea.  

Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, u l-kelliema Laburisti messhom jafu li dan il-Ministeru huwa responsabbli minn żewġ setturi: ta’ l-Agrikultura u l-Ambjent, fejn l-Unjoni Ewropea hija attiva ħafna, tant li d-Direttorati Ġenerali taż-żewġ oqsma għandhom l-akbar numru ta’ kumitati tekniċi.   

Huwa tal-mistħija li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jipprova jagħti l-impressjoni li sar xi infieq żejjed mill-Ministru, meta minn tweġibiet parlamentari messu jaf li l-parti kbira minn dik l-ispiża, hija dovuta għall-parteċipazzjoni tal-ufficjali tad-diversi dipartimenti, fil-laqgħat tekniċi ta’ l-Unjoni Ewropea, bħalma hu l-Kumitat Speċjali dwar l-Agrikoltura li jiltaqa’ kull ġimgħa.     

Huwa aktar tal-mistħija li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jipprova jqarraq meta huwa jaf li parti sostanzjali minn dawn l-ispejjeż ta’ safar, jinġabru lura mill-Gvern Malti permezz tal-programmi ta’ assistenza tal-Kummissjoni Ewropea u dan għaliex pajjiżna llum huwa membru ta’ l-Unjoni Ewropea.  

Il-kummenti tal-kelliema Laburisti jikkonfermaw l-inkonsistenza tal-Oppożizzjoni li, filwaqt li tgħid li llum tirrispetta d-deċiżjoni ċara tal-poplu, li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, u li b’hekk, Malta jkollha sehem u vuċi akbar f’fora internazzjonali; fl-istess nifs takkuża lill-Gvern b’nefqa akbar għal safar biex dan id-dover jista’ jitwettaq.  

Il-kelliema tal-Oppożizzjoni għandhom bżonn jiddeċiedu jekk humiex vera kommessi li pajjiżna jipparteċipa u jsemma leħnu fil-laqgħat ta’ l-Unjoni Ewropea, inkella jekk iridux li l-vuċi Maltija ma tinstemax, bir-riżultat li pajjiżna jitlef il-vantaġġi.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow