ID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA TIĊĦAD LI L-FINANZI JIEĦDU PRIORITÀ FUQ IS-SAĦĦA
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tirreferi għall-istqarrija maħruġ mill-MUMN dwar l-impjieg ta’ infermiera.
Hija totalment skorretta l-allegazzjoni ta’ l-MUMN li għall-gvern il-finanzi jieħdu prijorità fuq is-saħħa. Ta’ dan il-Gvern prezenti ta prova bil-fatti kemm-il darba. L-anqas hu minnu li teżisti xi sitwazzjoni prekarja minħabba nuqqas ta’ nfermiera. Qatt daqs illum ma kien hemm numru daqshekk kbir ta’ infermiera mpjegati mad-Diviżjoni.
Wara l-laqgħa bejn il-Gvern u l-MUMN fis-6 ta’ Settembru li qed tirreferi għaliha l-MUMN kien sar qbil, wara eżerċizzju li kien għadu kif twettaq, li kellhom jiġu mpjegati 73 infermier li l-bżonn tagħhom kien ikkunsidrat u maqbul li jingħata preċedenza, kif fil-fatt sar. Dan kollu kien spjegat fl-istqarrija għall-istampa mid-Diviżjoni tas-Saħħa datata 7 ta’ Settembru 2004. Minn dawn l-infermiera li ġew impjegati kien hemm xi wħud li telqu biex ikomplu l-istudji tagħhom. Ser jiġu mpjegati oħrajn flokhom biex in-numru ta’ nfermiera mpjegati jibqa’ dak miftiehem. Għalissa dawn l-infermiera qed jiġu mpjegati fuq bażi każwali sakemm tiġi proċessata s-sejħa għall-impjieg permanenti kif kien imwiegħed.
Mhux kontemplat li għal din is-sena jiġu mpjegati aktar infermiera. Is-sena d-dieħla ser jiġu mpjegati infermiera oħra biex jagħmlu tajjeb għal dawk li ser jispiċċaw matul is-sena 2005.
Id-Diviżjoni qegħda wkoll tehmez l-istqarrija li kienet ħarġet fis-7 ta’ Settembru 2004.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946