Left arrow Mur Lura

‘CLEAN UP THE WORLD’ FIT-3 U L-4 DIĊEMBRU “FLIMKIEN NĦARSU L -AMBJENT GĦAL ĠEJJIENI AHJAR”

PR1780
Date Icon 17/11/2004

“FLIMKIEN NĦARSU L -AMBJENT GĦAL ĠEJJIENI AHJAR”

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Clean Up the World ser issir nhar il-Ġimgha 3 u s-Sibt 4 ta’ Diċembru. Dan tħabbar waqt Konferenza Stampa li kienet indirizzata mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura,  Ninu Zammit u mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino.  

L-għan prinċipali li wassal biex għall-ewwel darba din il-kampanja titnieda fuq bażi ta’ jumejn huwa biex ikun hemm parteċipazzjoni akbar mill-pubbliku. Il-Kampanja Clean Up the World hija kampanja li ssir fuq skala internazzjonali u bħal fis-snin l-imgħoddija l-Gvern Malti ser ikun ukoll qiegħed jagħti sehemhu b’mod attiv.  

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit qal li t-tema magħżula għal din is-sena ser tkun: “Flimkien inħarsu l-ambjent għal ġejjieni aħjar”. L-iskop wara din it-tema hu sabiex f’din il-kampanja ikun hemm is-sehem attiv tal-komunita’ kollha, bħall-Kunsilli Lokali, skejjel, NGO’s, għaqdiet volontarji, entitajiet kummerċjali, ħaddiema tad-Dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika u membri mill-Forzi Armati. Din il-kampanja hija ntiża sabiex iżżid dejjem iktar il-kuxjenza fost il-Maltin biex inħarsu l-ambjent ta’ madwarna.  

Il-Ministru Ninu Zammit faħħar l-impenn tad-Dipartiment ta’ l-Indafa Pubblika għax-xogħol siewi u bla heda, li twettaq fl-aħħar xhur f’diversi widien li sfaw vittmi ta’ skart mitfugħ b’mod illegali, minn nies irresponsabbli matul iż-żminijiet. Bis-saħħa ta’ dawn ix-xogħlijiet ittaffew problemi ta’ għargħar fin-naħat ta’ Ħal-Qormi, l-Marsa u Burmarrad. Il-Ministru Zammit qal li fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena nġabbru ‘l fuq minn 15,000 tunnellata ta’ skart ta’ kull tip li ntrema f’widien, industrial estates u toroq arterjali.  

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent George Pullicino qal li l-Gvern jemmen li kampanji bħal dawn jgħinu biex ikabbru l-kuxjenza favur l-ambjent ta’ madwarna. Huwa fakkar li sabiex il-Gvern jimplimenta l-istrateġija ta’ l-Immaniġjar ta’ l-Iskart jeħtieġ il-kooperazzjoni tal-pubbliku. Jekk kulħadd jagħti sehmu, m’hemmx dubju li pajjiżna jinżamm nadif u jkollu sistema moderna u avvanzata ta’ kif niddisponu mill-iskart kollu ġġenerat f’pajjiżna.  

Huwa rrimarka li l-Gvern hu konxju mill-problema eżistenti ta’ rimi ta’ skart b’mod illegali f’ċerti żoni partikulari f’Malta u għalhekk kmieni s-sena d-dieħla se jidħlu fis-seħħ miżuri iktar ħorox għal min jinqabad iħammeġ. Din-reviżjoni fil-liġi se tkun infurzata permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ gwardjani lokali fuq l-ambjent.  Bħalma sar f’żoni urbani, il-Gvern se jzid in-numru ta’ CCTV’s anke f’żoni rurali u dan għandu jgħin biex min jikser il-liġi. Jinqabad; u jkunu jistgħu jittieħdu passi kontrih.  

 Il-Ministru Zammit u l-Ministru Pullicino enfasizzaw fuq is-sehem importanti li għandhom jikkontribwixxu l-Kunsilli Lokali biex dan l-avveniment ikun suċċess.  Numru konsiderevoli ta’ kumpanniji privati u skejjel diga’ fasslu programm ta’ tindif li se jitwettaq  f’diversi postijiet f’Malta u Għawdex għal din l-edizzjoni ta’ Clean up the World.  

Il-Ministru Ninu Zammit ħa l-opportunita’ biex ħeġġeġ lil membri parlamentari miż-żewg naħat tal-kamra biex fit-3 u l-4 ta’ Diċembru jingħaqdu ma’ Kunsilli Lokali, skejjel, NGOs u kumpanniji privati, bil-għan li nuru bil-fatti li lkoll flimkien għandna nħarsu l-ambjent għal ġejjieni aħjar.  

L-appell finali mill-Ministri kien li huwa mportanti li kullħadd japprezza li l-ambjent hu r-responsabbilta’ tagħna lkoll. Il-Gvern se jibqa’ jaħdem bis-sħiħ sabiex iħares l-ambjent waqt li jinforma u jeduka fuq l-importanza ta’ l-immaniġjar ta’ l-iskart. Il-koperazzjoni tal-pubbliku hija vitali biex nħarsu u ntejbu l-ambjent ta’ madwarna sabiex nassiguraw ġejjieni aħjar għal ġenerazzjonijiet futuri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow