Left arrow Go Back

L-ORKESTRA NAZZJONALI FI PROĊESS KONTINWU TA’ ŻVILUPP

PR1778
Date Icon 17/11/2004

L-Orkestra Nazzjonali issa għandha l-Orkestra Nazzjonali taż-Żgħażagħ li se tagħti l-ewwel kunċert tagħha fl-4 ta’ Diċembru fis-Sala tal-Gran Kunsill fil-Palazz, il-belt Valletta . Il-Kunċert inawgurali se jkun taħt il-patroċinju ta’ l-ET il-President ta’ Malta , Edward Fenech Adami.  

L-Orkestra se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Laus u hi magħmula minn 30 mużiċista żgħażagħ li flimkien ma’ mużiċisti ewlenin mill-Orkestra Nazzjonali se jagħtu xogħlijiet ta’ Purcell, Mozart u Haydn.  

L-Orkestra Nazzjonali issa għandha wkoll il-website tagħha. S’issa tnediet l-ewwel fażi. It-tieni fażi għandha tkun verjoni bil-Malti tas-site.  

Nhar is-Sibt 27 ta’ Novembru l-Orkestra Nazzjonali se tagħti kunċert b’differenza fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran. Fil-kunċert, bit-tema “L-Orkestra Nazzjonali tmur pop”, se jipparteċipaw kantanti famużi Maltin fosthom Fabrizio Faniello, Olivia Lewis, Hooligan u l-banda ewlenija rock “Winter Moods”.

Dan il-kunċert, li ġie organizzat bil-kollaborazzjoni ta’ Sigmund Mifsud, għandu jappella għal dawk kollha li tinteressahom il-mużika li mhix kollha neċessarjament ta’ stil klassiku jew sinfoniku.  

Il-kantanti, flimkien ma’ l-Orkestra Nazzjonali taħt id-direzzjoni ta’ Paul Abela, ser jagħtu programm ta’ numri immortali bħal Beach Boys Medley, La Bamba u Proud Mary kif ukoll ‘cover versions’ u kanzunetti popolari Maltin.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech indirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet fejn ħabbar dawn l-iżviluppi ġodda fil-ħajja ta’ l-Orkestra Nazzjonali. Hu qal li l-Orkestra Nazzjonali, bħala organizazzjoni  dinamika, qiegħda fi proċess kontinwu ta’ żvilupp. “Il-ħolqien ta’ Orkestra Nazzjonali taż-Żgħażagħ kif ukoll il-kunċert pop li se jsir fis-27 ta’ Novembru huma indikazzjoni ta’ l-impenn tal-Gvern li jressaq il-kultura dejjem aktar lejn iż-żgħażagħ” qal il-Ministru Zammit Dimech li żied jappella liż-żgħażagħ jattendu bi ħġarhom għall-kunċert “The National Orchestra goes pop.”  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow