Left arrow Mur Lura

CHAIRMAN ĠDID GĦALL-BANK OF VALLETTA PLC

PR1775
Date Icon 15/11/2004

Wara decizjoni tal-Kabinett, Il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni llum appunta lis-Sur Roderick Chalmers bħala Chairman tal-Bank of Valletta plc. Il-ħatra hi valida sal-ahhar tas-sena 2005.  

Il-Ministru Austin Gatt xtaq ukoll jirringrazzja lill-predeċessur tas-Sur Chalmers, is-Sur Joe FX Zahra, għas-servizz li ta lill-bank tul is-snin li serva bħala Chairman.  Is-Sur Zahra kien krucjali biex il-Bank of Valletta jilqa’ l-isfidi li tpoggew quddiem il-bank mit-tibdil kontinwu tas-snin ricenti.  Is-Sur Zahra kien ukoll l-ixprun fil-modernizazzjoni tas-sistemi bankarji f’Malta kif ukoll fir-ri-organizazzjoni interna tal-istess bank biex ikun bank li jista’ jilhaq mal-isfidi domestici u nternazzjonali.  

Il-fatt li illum il-Bank of Valletta hu bank hafna aktar b’sahhtu minn meta beda l-kariga tieghu s-Sur Zahra hi certament xiehda konkreta tal-fatt li t-tmexxija ghaqlija tieghu kienet strument ewlieni f’din il-bidla pozittiva.  

CV tas-Sur Chalmers hu mehmuż.    

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow