Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI JIKKORREĠI RAPPORT ŻBALJAT IMXANDAR MINN ONE NEWS

PR1773
Date Icon 15/11/2004

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni wara li sema r-rapport ta’ l-aħbarijiet ta’ Super One TV fuq il-pubblikazzjoni tar-rapport dwar il-finanzjament ta’ l-Edukazzjoni Ogħla, jixtieq jikkoreġi l-impressjoni żbaljata li qed tingħata.  

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni għamilha ċara u bil-miktub fl-istqarrija uffiċjali tal-Ministeru stess, li l-“Gvern m’hu marbut ma` ebda rakkomandazzjoni partikolari biex iħalli l-aktar diskussjoni wiesgħa possibbli”.  (pr1772)  

L-aġenzija ta’ l-aħbarijiet ta’ Super One qiegħdha tagħti l-impressjoni żbaljata bħallikieku d-deċiżjonijiet diġà ttieħdu, meta dan mhux minnu.  Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jistenna li One News ikun aktar matur u responsabbli fir-rapportaġġ tiegħu.

DOI – 15.11.2004

4.3 Kbytes Last Modified on 15th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow