Left arrow Mur Lura

IL-GVERN MEXXA B’SUĊĊESS U B’BENEFIĊĊJU GĦALL-POPLU MALTI N-NEGOZJATI MA’ L-ISKANSKA

PR1767
Date Icon 12/11/2004

B’riferenza għall-Konferenza Stampa u l-mozzjoni parlamentari mressqa mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, id-Deputat Mexxej Laburista u l-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa, il-Gvern jinsisti illi il-ftehim li ntlaħaq dwar il-bini ta’ l-Isptar Mater Dei bejn il-Ministeru tal-Finanzi u Skanska, huwa assigurazzjoni ta’ l-aqwa valur għal kull lira minfuqa. Is-serjeta u l-għaqal tan-negozjati illi insista fuqhom il-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, huma llum garanzija ta’ kwalita’ ta kura tas-saħħa għall-poplu Malti kollu.  

Kif spjegat mill-Prim Ministru nhar it-Tnejn li għadda, wara negozjati intensivi u determinazzjoni assoluta mill-Gvern, il-ftehim milħuq jistabilixxi illi l-bini tal-isptar jiġi jiswa mhux aktar minn LM139 miljun lira (lump sum għall-bini tal-proġett).  

Il-Gvern wasal għal din iċ-ċifra wara li aċċerta ruħu illi l-isptar Mater Dei kif se jinbena illum, tassew jiswa daqshekk u mhux aktar. In-negozjati mmexxija mill-Ministeru tal-Finanzi fil-fatt wasslu lill-Gvern  biex jiffranka LM25 miljun lira mill-istima li għamlet Skanska qabel ma bdew l-istess negozjati. Il-Gvern ikompli jinsisti li dawn in-negozjati saru sabiex Skanska tassumi r-responsabbilitajiet ta’ l-istimi oriġinali li kienet għamlet u li hi stess ma żammitx magħhom, tant li talbet mill-Gvern Malti ħlas ta’ Lm161Miljun.  

Il-poplu Malti għalhekk issa huwa assigurat illi l-ispiża ta’ llum hija tassew riflessjoni ta’ l-impenn tal-Gvern Malti li jipprovdi servizz tas-saħħa ta’ kwalita’ internazzjonali lill-poplu Malti kollu.  

Il-mozzjoni tal-Kap ta l-Oppożizzjoni tikkrita d-dewmien fit-tlestija ta’ dan l-isptar mingħajr ma tagħti xiehda sħiħa tal-fatti u mingħajr ma tkun fidila għar-realtajiet li sab il-Gvern wara l-1998.  

Il-kuntrattur li qiegħed jibni l-isptar huwa marbut illi jlesti l-isptar sa Lulju 2007. Din ir-rabta tinkludi multi ta’ miljuni ta liri. Sa Lulju 2007 se jkunu lesti mhux biss l-ewwel fażi li kellha tkun lesta fl-2003, iżda wkoll l-aħħar fażijiet li kellhom ikunu lesti fl-2010.  Il-Gvern ifakkar li l-akbar dewmien f’dan l-isptar kien dovut għal żewġ fatturi.  

L-ewwel u l-aktar fattur li tawwal il-bini ta’ dan il-proġett kienet id-deċiżjoni ta’ Gvern Laburista, li fl-1997 iddeċieda li jkabbar il-kapaċita’ ta’ l-isptar minn 480 sodda għal 1000, sodda filwaqt li fl-istess ħin biddel id-dimensjoni ta’ l-istess sptar minn wieħed speċjalizzat għal sptar ġenerali akut. Din ir-ridemensjoni tal-proġett issarfet mhux biss f’ħafna aktar żmien iżda wkoll fi spiża ferm għola.  

Id-dewmien fil-għoti tal-kuntratt ta’ l-apparat mediku, minħabba kontestazzjoni u allegazzjonijiet magħmula minn kuntrattur privat, kien it-tieni fattur biex il-proġett waqa lura b’diversi xhur. Kuntrarju għad-dewmien impost minn gvern Laburista permezz ta’ tkabbir tal-proġett fl-1997, it-tieni dewmien żgur ma kienx effett ta’ xi deċiżjoni tal-Gvern. Għal kuntrarju, id-dewien kien effett ta’ proċeduri trasparenti fil-għoti tal-kuntratti.  

Il-Gvern u l-poplu huwa konvint illi l-impenn tal-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi li jitlob l-aqwa valur għal kull lira minfuqa, ġie mwettaq fin-negozjati ma’ Skanska. Permezz ta’ din is-serjeta fit-tmexxija, il-Gvern qiegħed f’pożizzjoni li joffri l-aqwa kwalita’ għall-aħjar prezz anke fil-kura tas-saħħa. Dan il-Gvern se jipprovdi sptar ta’ kwalita’ għolja kif jixraq lill-poplu Malti.  L-ebda mozzjoni li jressaq il-Partit Laburista mhi ser tiċħad il-fatt li l-poplu Malti llum apprezza r-riżultat miksub mill-Prim Ministru għall-ġid tal-poplu Malti kollu.

DOI – 12.11.2004

14.36 Kbytes Last Modified on 15th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow