JUM IT-TIFKIRA 2004 F’GĦAWDEX U KOMMEMORAZZJONI TAL-50 ANNIVERSARJU MILL-INAWGURAZZJONI TAL-MONUMENT TAL-GWERRA FI PJAZZA INDIPENDENZA, VICTORIA
Iċ-ċerimonja ta’ Jum it-Tifkira ser issir f’Għawdex, nhar il-Ħadd 14 ta’ Novembru permezz ta’ attività fi Pjazza Indipendenza, Victoria. Din is-sena din iċ-ċerimonja ser tkun waħda speċjali, biex tfakkar ukoll il-50 Anniversarju mill-Inawgurazzjoni tal-Monument tal-Gwerra fi Pjazza Indipendenza, Victoria. Il-kxif tal-Monument kien seħħ f’Mejju 1954 mill-Altezza Rjali r-Reġina Eliżabetta II, waqt żjara Rjali f’Għawdex.
F’din il-kommemorazzjoni se tieħu sehem Banda ta’ l-Iscouts, kor mistieden għall-okkażjoni, tinqara silta mill-ktieb ‘Il-Qilla tal-Gwerra fuq Għawdex’ tal-kittieb Għawdxi Frank Bezzina, li titratta vittmi Għawdxin tat-Tieni Gwerra Dinjija, mill-poeta u iben il-kittieb, Charles Bezzina, diskors kommemorattiv mill-istoriku Għawdxi Rev. Mons. Dr. Joe Bezzina, poezija miktuba għall-okkażjoni minn Frank Mercieca u talb għall-paċi minn rappreżentanti ta’ Reliġjonijiet varji. Il-qofol ta’ l-attività tintlaħaq permezz ta’ tqegħid ta’ kuruna tar-rand magħmula mill-bronz fuq disinn ta’ Frank Cassar mal-monument b’tifkira ta’ dan l-anniversarju partikulari, mill-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. Hija tkun segwita bit-tqegħid ta’ kuruni u bukketti ta’ ward minn Vincent Grech, Chairperson Kumitat Organizzativ Kultura, kif ukoll mill-kapijiet tad-dipartimenti governattivi u parastatali f’Għawdex, Għaqdiet u Soċjetajiet Għawdxin u mill-British Legion u Ex-Servicemen Ingliżi residenti f’Ghawdex.
Preżenti għall-attività ser ikun hemm ukoll stakkament Għawdxi tal-Forzi Armati li jifforma Gwardja ta’ l-Unur mal-Monument.
Iċ-ċerimonja tibda fl-10:00a.m. fi Pjazza Indipendenza, Victoria. Il-pubbliku huwa mistieden u mħeġġeġ li jattendi.
DOI 12.11.2004
4.61 Kbytes Last Modified on 12th November, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946