TAHRIG GHALL-IMPJEGATI TAD-DIPARTIMENT TAS-SIGURTA’ SOCJALI
Id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jgħarraf lill-pubbliku li mis-16 sa’ l-24 ta' Frar, mit-3 sal-11 ta' Marzu, u mill-15 sas-17 ta' Marzu 2004, l-istaff tad-Dipartiment se jkun qed jinghata tahrig intensiv minn esperti Inglizi dwar ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea fuq is-Sigurta' Socjali.
Ghaldaqstant, is-servizz f'dawn il-jiem se jkun effetwat u kuntatt bit-telefon ma' certu taqsimiet tad-Dipartiment mhux se jkun possibbli.
Minkejja dan, is-servizz mhux ser ikun effetwat mill-Uffiċċju tal-Customer Care l-Belt Valletta, u mill-Ufficcji Distrettwali madwar Malta u Ghawdex.
Filwaqt li d-Dipartiment jiskuza ruhu ghal dan l-inkonvenjent, gentilment jitlob il-koperazzjoni tal-pubbliku fil-jiem imsemmija. Dan it-taħriġ qed jingħata sabiex id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ikun f’pożizzjoni li jipprovdi servizzi aħjar lill-pubbliku.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en