Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-PRIM MINISTRU: IPPREŻENTAT U PPUBLIKAT IR-RAPPORT TAL-MEPA DWAR IL-GOLF COURSES

PR1755
Date Icon 11/11/2004

Il-Gvern hu mpenjat li jkompli jtejjeb il-prodott turistiku ta’ Malta filwaqt li jimminimizza l-impatt ta’ kull golf course fuq l-ambjent. Dan irid isir biex niżguraw li l-pajjiż jibqa’ jkun kompetittiv u jattira lejn Malta turisti li jirrendu aktar.

L-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (il-MEPA) illum ppreżentat lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi ir-rapport li tħejja dwar is-siti li għandhom il-potenzjal li fihom tkun żviluppata golf course.  Ir-rapport tlesta mid-Direttorati ta’ l-Ippjanar u l-Ambjent sa’ l-aħħar t’Ottubru u kien approvat mill-Bord tal-MEPA fl-ewwel laqgħa li kien imiss, iġifieri illum.

Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-MEPA, il-Prim Ministru jiddikjara li l-Gvern issa għandu jeżamina s-siti li rrakkomandat il-MEPA li huma Ta’ Ġawhar f’Ħal Safi, is-sit tal-White Rocks u parti minn Pembroke u l-possibbilta’ ta’ l-estensjoni tal-golf course eżistenti tal-Marsa.  Ir-rapport jirrakkomanda wkoll is-siti ta’ Għajn Mellel u Ta’ Ċenċ, f’Għawdex.

Ir-rapport imħejji mill-MEPA eżamina wkoll numru ta’ siti oħra li fihom jista’ jkun ikkunsidrat l-iżvilupp tal-golf course, iżda l-ebda wieħed minnhom ma hu tajjeb għall-iżvilupp ta’ golf course għal diversi raġunijiet.  Dawn huma Ta’ Żuta fl-inħawi ta’ Ħad-Dingli, il-Magħtab, l-Imqabba f’siti bħalissa okkupati minn barrieri, Pembroke u Ħabel Bellu fis-Siġġiewi.  Ir-rapport isemmi wkoll is-sit tad-Dwejra f’San Lawrenz, Għawdex.

Dan ir-rapport kien ikkummissjonat lill-MEPA mill-Prim Ministru, wara li ġie deċiż li l-iżvilupp ta’ golf course oħra f’Malta u waħda f’Għawdex huma ta’ ħtieġa għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna.  Fit-tfassil tar-rapport, il-MEPA evalwat ukoll ir-restrizzjonijiet f’kull lokalita’.  

Il-Prim Ministru jiddikjara li kull għażla se ssir fuq il-prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli bil-għan li jitkattar il-ġid komuni u jiġi sostnut l-iżvilupp ekonomiku ta’ dan il-pajjiż.                       

Il-Prim Ministru jrodd ħajr lill-MEPA għar-rapport tagħha u jfaħħar ukoll l-effiċjenza u l-professjonalita’ li biha kien mgħarbel dan is-suġġett. Il-bażi tat-tfassil ta’ dan id-dokument  kienet imsejjsa fuq il-policies tal-pjan ta’ struttura u l-policy dwar il-golf courses li kienet saret fl-1997.

Kopja elettronika tar-rapport tal-MEPA qiegħda tiġi ppublikata ma’ din l-istqarrija.  

Mepa Report (PDF file)

DOI  11.11.2004

9.31 Kbytes Last Modified on 15th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow