ŻJARA LILL-KUMPANIJA MEDSERV
Il-kumpanija MEDSERV tista’ tiġi meqjusa bħala miraklu ekonomiku zgħir. Ta’ min isemmi kif din il-kumpanija, tliet snin ilu kienet bla xogħol u f’xifer l-egħluq. Illum, wara dawn l-aħħar tliet snin kellha turnover ta’ €20 miljun, qed timpjega 38 persuna u qed tħaddan attività ekonomika kompletament orjentata lejn l-esportazzjoni. Dan qalu l-Ministru Austin Gatt meta żar il-kumpanija MEDSERV, kumpanija li s-suċċess tagħha kien dovut għall-fatt li ma beżgħetx tidħol f’niċċa ambizzjuża (l-industrija taż-żejt u l-gass).
Il-Ministru Austin Gatt spjega li l-Gvern qed jidentifika l-qasam tal-loġistika (warehousing) bħala wieħed mis-setturi li għandu jinteressana biex niġbdu investiment barrani lejn pajjiżna. Il-Ministru Austin Gatt spjega li bit-tkabbir u l-integrazzjoni Ewropea, is-supply chain ta’ l-ażjendi Ewropej qed issir aktar ċentralizzata. Il-Ministru Austin Gatt kompla li l-Freeport jorbotna mal-portijiet ewlenin tad-dinja kollha. Kull min irid jesporta lejn l-Ewropa mill-bogħod (Amerika, Lvant Imbiegħed) jista’ juża r-rotot li jaqdu l-Freeport Malti, jaħżnu hawn u jibqgħu sejrin fil-bqija ta’ l-Ewropa. Huwa kompla li qed nassistu għal opportunità reali ta’ valur miżjud għall-ekonomija Maltija. Fl-istess waqt irridu nesploraw x’vantaġġi partikolari nistgħu noħolqu biex nagħmlu l-pakkett Malti aktar attraenti għal dan is-settur. Għandna opportunità biex nieħdu vantaġġ mill-globalizzazzjoni.
Austin Gatt kompla li biex dan iseħħ irridu niżnu x’inhu tassew il-potenzjal reali ta’ dan is-settur: kemm kapaċi mmorru tajjeb jekk nidħlu fih, irridu naraw x’vantaġġi partikolari nistgħu noffru biex nattiraw lejna dan is-settur, u rridu nkunu ċerti li min juża ’l Malta ma jużahiex biss biex jaħżen, iżda wkoll biex iħaddem aktar l-industrija Maltija biex jiżdied il-valur ta’ dak li jkun qed jinġarr.
DOI 11.11.2004
4.64 Kbytes Last Modified on 11th November, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946