Left arrow Mur Lura

LAQGĦA TAL-KAPIJIET TAL-GVERN TAL-COMMONWEALTH (CHOGM 05): KOMPETIZZJONI TA’ LOGO

PR1745
Date Icon 10/11/2004

Il-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth fl-aħħar laqgħa tagħhom f’Diċembru ta’ l-2003 fin-Niġerja, kienu laqgħu l-istedina ta’ Malta biex tlaqqa’ ċ-CHOGM li jmiss li se ssir f’Novembru ta’ l-2005.  Il-laqgħat taċ-CHOGM isiru kull sentejn f’pajjiż differenti tal-Commonwealth.  Iċ-CHOGM tagħti l-opportunità lill-Kapijiet tal-Gvern tal-53 pajjiż membru biex jiddiskutu oqsma ta’ interess komuni u biex jaqblu dwar inizjattivi li jkunu ta’ benefiċċju għad-diversità tas-sħubija tal-Commonwealth.  

Il-logo taċ-CHOGM huwa parti integrali mill-identità tal-Konferenza u kull laqgħa taċ-CHOGM ikollha il-logo partikolari tagħha.  Dan ikun inkluż f’kull materjal li għandu x’jaqsam maċ-CHOGM. Minħabba r-rappurtaġġ estensiv li l-Konferenza tingħata mill-mezzi ta’ komunikazzjoni, il-logo taċ-CHOGM daqstant ieħor igawdi għarfien u pubbliċità fil-Commonwealth u f’pajjiżi oħra.  

It-Task Force li għandu l-inkarigu tat-tħejjijiet għall-Konferenza ta’ Malta iddeċieda li jniedi kompetizzjoni pubblika għad-disinn tal-logo taċ-CHOGM 2005. Il-logo għandu jipproġetta l-identità storika u kulturali ta’ Malta u jagħti ħarsa ukoll lejn il-progress li Malta għamlet fl-oqsma ta’ l-Informatika u l-Komunikazzjoni kif ukoll ifakkar fir-rabta li Malta għandha mal-Commonwealth. Dettalji u r-regolamenti dwar aspetti oħra tal-kompetizzjoni jistgħu jinkisbu mill-website tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni (DOI): http://www.doi.gov.mt  

Kulħadd jista’ jidħol għall-kompetizzjoni. Dawk interessati għandhom iressqu is-sottomissjonijiet tagħhom sa’ l-15 ta’ Diċembru 2004 lil: Iċ-Chairman, CHOGM 2005 Task Force, Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, Valletta .  Ir-rebbieħ, li jitħabbar nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Jannar 2005, jingħata rigal ta’ Lm 300.

DOI  10.11.2004

15.33 Kbytes Last Modified on 10th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow