Left arrow Go Back

APPARAT GĦALL-ISPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX

PR174
Date Icon 13/02/2004

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor Giovanna Debono, irċeviet donazzjoni ta’ apparat mediku għall-użu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex mill-għaqda Għawdxija ‘Ħbieb tal-Morda u l-Anzjani f’Għawdex’.  

L-apparat mediku jikkonsisti f’patient controlled syringe pump għas-sezzjoni CCU/ITU, interferential unit u suction unit għas-sezzjoni tal-Fiżjoterapija, electrically powered patient lifter għar-Residenza Sant’Anna, kif ukoll apparat ieħor li jiffaċilita x-xogħol amministrattiv fir-Renal Unit. 

Il-Ministru  Giovanna Debono irringrazzjat lill-għaqda ‘Ħbieb tal-Morda u l-Anzjani f’Għawdex’ ghal din l-għotja li għamlu lill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.  Hija stqarret li apprezzat ferm il-ġest ta’ din l-għaqda li ilha għal diversi snin tikkontribwixxi b’diversi modi lejn l-uniku sptar tal-Gvern fil-gżira ta’ Għawdex. 

Hija fakkret kemm il-qasam tas-saħħa ngħata attenzjoni mill-Ministeru għal Għawdex, tant li f’erba’ snin u nofs ġew modernizzati kważi s-swali kollha ta’ l-isptar, inkluż l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ air conditioning.  Dan flimkien mat-twaqqif ta’ Renal Unit, xogħol ta’ modernizzar fl-isptar, kif ukoll il-ftuħ tar-Residenza Sant’Anna flimkien ma’ żieda ta’ 13-il servizz ġdid mill-isptar.   

Preżenti għall-din il-preżentazzjoni kien hemm ukoll Dr Anthony Livori, Supretendent ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u Mr John B. Pace MD, FRCS, Chairperson ta’ l-Ghaqda  ‘Ħbieb tal-Morda u l-Anzjani f’Għawdex’. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow