Left arrow Mur Lura

JUM IT-TIFKIRA - IL-ĦADD, 14 TA' NOVEMBRU, 2004

PR1732
Date Icon 05/11/2004

Jum it-Tifkira, li huwa ċċelebrat fil-pajjiżi kollha tal-Commonwealth, b'ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ Gwerer Dinjija, se jkun mfakkar f'Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali  nhar il-Ħadd, 14 ta' Novembru, 2004.  

F'din l-okkażjoni, il-Kapitlu Metropolitan se jfakkar il-Vittmi tal-Gwerer, b’Quddiesa Konċelebrata  fil-Konkatidral ta' San Ġwann, Valletta fid-9.15 ta' filgħodu.  

Qabel il-Quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona Gwardja ta' l-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta , fi Pjazza San Ġwann.  Tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.  

Wara, fil-10.40 ta’ filgħodu, issir ċerimonja ta' Tifkira fuq il-Monument tal- Gwerra l-Floriana.  Matul din iċ-Ċerimonja jitqiegħdu kuruni mill-ogħla awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti flimkien ma’ għaqdiet oħra li ser jattendu wkoll għall-Quddiesa.  

Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontingent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja ta' l-Unur għal matul iċ-Ċerimonja tat-Tqegħid ta' Kuruni. Jieħdu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion.  

Korpi Kostitwiti u Għaqdiet oħra li jixtiequ jipparteċipaw fiċ-Ċerimonja fuq il-Monument tal-Gwerra billi jqiegħdu kuruni  għandhom javżaw lill-Kumitat Festi Nazzjonali permess ta’ e.mail fuq l-indirizz elettroniku  antonmiceli@maltaculture.com  

L-appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira  mill-Poppy Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti tagħhom isir matul il-ġranet bejn it-12  u 14 ta' Novembru, 2004.

DOI  05.11.2004

5.51 Kbytes Last Modified on 05th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow