Left arrow Go Back

JUM IL-HAJJA U T-TARBIJA FIL-GUF TA’ L-OMM

PR173
Date Icon 12/02/2004

L-Onor. Dolores Cristina, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali u s-Sinjura Sonia Camilleri, Kummissarju ghat-Tfal, kellhom laqgha ma’ rapprezentanti ta’ diversi organizzazzjonijiet li kollha ghandhom ghal qalbhom l-interessi tat-tarbija fil-guf ta’ l-omm. Dan sar bhala parti mic-celebrazzjonijiet ta’ Jum il-Hajja, li gie mfakkar fl-1 ta’ Frar.  

F’din il-laqgha, giet diskussa l-protezzjoni tat-tarbija fil-guf ta’ l-omm, mill-effett ta’ l-alkohol, id-droga u t-tabakk, u saret prezentazzjoni ta’  ‘video’ dwar dan is-suggett lis-Segretarju Parlamentari u lill-Kummissarju ghat-Tfal.

Dan il-video jispjega l-periklu ghat-tarbija meta l-omm tkun tpejjep, tixrob u tuza xi tip ta’ droga waqt it-tqala. Fil-video, numru ta’ ommijiet jitkellmu dwar il-konsegwenzi fuq uliedhom, minhabba l-abbuz ta’ dawn is-sustanzi.

Il-filmat juri kif id-droga, l-alkohol u t-tabakk jaffettwaw hazin l-izvilupp tal-fetu f’kull xahar tat-tqala, waqt li genituri jirrakkontaw b’emozzjoni, dwar l-effetti fit-tul fuq il-psikologija u l-agir tat-tfal taghhom. Il-filmat jiddiskuti wkoll l-effetti kemm ta’ medicini u anke ta’ droga, bhal marijuana, kokaina u eroina.

Suggetti ohra jinkludu il-Fetal Alcohol Syndrome, miscarriage, stillbirths u problemi fit-tqala li jpoggu kemm lill-omm, kif ukoll lit-tarbija, fil-periklu. Il-periklu jkun ikkagunat kemm meta jsir uzu minn dawn is-sustanzi regolarment, izda anke meta jintuzaw darba kull tant.

Il-video jindika xi suggetti li jistghu jsiru diskussjoni fuqhom, bhal per ezempju, il-kontribut tal-missirijiet biex il-fetu jkun b’sahhtu, l-effetti socjali u ekonomici ta’ tfal li jitwieldu bil-problemi, u l-beneficcji tal-waqfien mill-abbuz fit-tqala. Il-video juri wkoll l-effetti pozittivi ta’ ikel bilancjat u l-ezercizzju fit-tqala, biex it-tarbija titwieled b’sahhitha. Dan il-video qieghed jintuza biex iqajjem kuxjenza fuq is-suggett, specjalment fost il-generazzjoni zaghzugha.

Dan il-grupp ta’ attivisti favur il-hajja, huwa maghmul minn rapprezentanti tas-Segretarjat Assistenza Socjali ta’ l-Azzjoni Kattolika, Moviment ta’ Kana, Kunsill Rappresentativ ta’ l-iStudenti (Universita’), Kunsill Lokali Sta Venera, Dipartiment ghall-Promozzjoni tas-Sahha, Zvilupp Personali u Socjali u Ghozza – Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni, Dar Guzeppa Debono – Ghawdex, Agenzija Sedqa, u l-Obstetrics and Gynaecology Department, St. Luke’s Hospital  Midwifery Care.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow