Left arrow Mur Lura

XOGĦOL AVVANZAT TA’ PREVENZJONI MILL-GĦARGĦAR F’ BURMARRAD U L-INĦAWI

PR1728
Date Icon 05/11/2004

Wara l-maltempata li ħakmet il-ġżejjer Maltin fl-aħħar jiem, wieħed seta’ jinnota li x-xogħlijiet ta’ twessiegħ u tindif tal-watercourse fl-akwati tal-Mosta, Burmarrad, u Naxxar bdew iħallu l-effet mixtieq.  Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta żar ix-xogħlijiet li twettqu li qed jiġu finalizzati fuq dan il-proġett li ġie mplimentat bħala prevenzjoni mill-għargħar.  

Dan hu parti mill-proġett li fit-totalità tiegħu ser jammonta għal madwar Lm1,000,000 li minnhom parti ser tiġi ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea permezz tal-fondi tas-solidarjetà.  Il-Ministru Ninu Zammit spjega li x-xogħol fuq dan il-watercourse beda f’nofs Mejju.  Ħaddiema mit-Taqsima tax-Xogħlijiet wettqu xogħol biex dan il-watercourse jitnaddaf minn kull xorta ta’ skart, terrapien u veġetazzjoni li akkumulat matul is-snin.  Il-Ministru Zammit, kompla billi qal li aktar minn 1,200 metru tul ta’ dan il-watercourse issa huma mnaddfa.  Saret ħidma ta’ tiswija u modifikazzjoni ta’ tlett reċenzjonijiet jew ilqugħ li jservu biex jikkontrollaw il-volum u l-ħazna ta’ l-ilma.  Dan ix-xogħol jgħin ukoll għal re-charging tal-ħażna ta’ l-ilma tal-pjan.  

Sar ukoll xogħol fuq il-bridge ta’ taħt it-triq arterjali ta’ Burmarrad, fejn ġie mqatta` blat li kien qed jostakola waħda mill-mini ta’ dan il-bridge.  Il-parti tal-watercourse mit-triq arterjali ta’ Burmarrad ‘l fuq lejn il-Bidnija u Wied il-Għasri kienet ukoll mnaddfa, liema korsa ta’ l-ilma għandha tul ta’ madwar 1,150 metru.   

Il-Ministru Ninu Zammit waqt li spezzjona xogħlijiet oħra stqarr li xogħol simili sar fuq żewġ meded oħra ta’ watercourses b’tul ta’ 1,200 metru u 1,000 metru fit-triq mill-Bidnija għall-Mġarr u Wied Annotta rispettivament.  Dan ta’ l-aħħar jilqa’ fih l-ilma li jinżel mill-Wardija u mill-akwati fil-viċin.  

Il-widien imsemmija jferrgħu l-ilma għal fejn kien jeżisti l-wied jew watercourse ġewwa Burmarrad minn fejn l-ilma jibqa’ sejjer għas-sukkursu tas-Salini u finalment jispiċċa fil-baħar.  Dan il-wied m’għadux jeżisti u għaldaqstant diġà tħejja l-pjan u qed jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex is-sena d-dieħla dan il-watercourse jerga` jigi ffurmat.  B’hekk l-area ta’ Burmarrad u s-Salini jkollha sistema ta’ watercourses li jkunu adekwati biex ilaħħqu ma’ l-ilmijiet tax-xita li jinġabru minn diversi widien fit-tramuntana tal-pajjiż li jiżbukkaw f’Burmarrad.  

Il-Ministru Ninu Zammit tenna li dawn ix-xogħlijiet se jwasslu biex tittaffa bi kbir il-problema ta’ l-għargħar fin-naħa ta’ Burmarrad u s-Salini.  Finalment huwa rringrazzja l-ħaddiema kollha nvoluti li wettqu xogħol siewi ħafna, liema frott ta’ dan ix-xogħol diġà beda jitgawda.  

DOI  05.11.2004

7.09 Kbytes Last Modified on 05th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow