Left arrow Mur Lura

IL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI JIPPERSISTI FIT-TATTIKA TIEGĦU LI JINNEGA L-VERITÀ TAL-FATTI

PR1726
Date Icon 05/11/2004

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista, l-Onor Alfred Sant hu kkwotat li qal “li l-Ministru Austin Gatt din il-ġimgħa gideb pubblikament dwar l-investiment li sar mill-Freeport fil-proġett fallut ta’ Brindisi ”.  

Dr Sant fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista (2 ta’ Novembru 2004) hu rappurtat li jiċħad li qatt qal li f’Awissu 2004 il-Gvern xtara l-ishma tal-Brindisi Terminal għal Lm4 miljun. L-istqarrija qalet “’Austin Gatt ipprova jgħid li jien ma fhimtx li fi Frar il-Gvern xtara l-ishma kollha fit-terminal ta’ Brindisi ’, saħaq il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni. Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qal li huwa kien jaf dan kollu, iżda nhar il-Ħadd fil-Mellieħa huwa ma tkellimx dwar dan, iżda tkellem dwar investiment ġdid ta’ Lm4 miljun li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi għamel f’Awissu ta’ din is-sena fil-Freeport ta’ Brindisi meta kien jaf li dan huwa proġett fallut.”  

Din iċ-ċaħda ta’ Dr. Alfred Sant hi kontraddetta ripetutament minn kull min xehed x’qal tassew Dr Sant, inkluż mill-media ta’ l-Oppożizzjoni.  

Il-gazzetta elettronika maltastar.com, fil-ħarġa ta’ nhar it-2 ta’ Novembru 2004 tirrapporta “BOV has rebutted the allegation made by Minister Austin Gatt, that the information Labour leader Alfred Sant has about the Malta Freeport’s purchase of shares in the loss making BTI came from the bank.”  

Is-Super One TV f’rapport li xandar waqt l-aħbarijiet tas-7.30 ta’ fil-għaxija jgħid “Mistoqsi dwar dak li qal il-Ministru Gatt, Sant sostna li qal il-Ħadd li għadda: dwar il-każ ta’ l-erba’ miljuni kompla billi qal li l-Gvern biex jagħmel tajjeb għax-xiri ta’ l-ishma kollha fi Brindisi Terminal f’Awissu li għadda l-Gvern nefaq €10 miljun oħra f’dan il-port. Flus li l-Gvern issellef mill-BOV.” Il-Gvern għandu f’idejh recording ta’ din ix-xandira, jekk Dr. Alfred Sant jixtieq jivverifika kif irrappurtatu l-media tal-Partit tiegħu stess.

L-orizzont, f’rapport li deher il-bieraħ l-4 ta’ Novembru 2004, fl-ewwel faċċata tgħid: “Dan wara li f’attività soċjali nhar il-Ħadd li għadda fil-Mellieħa, Alfred Sant akkuża lill-Gvern li f’Awissu li għadda l-Freeport Terminal ( Malta ) xtara l-ishma tal-Brindisi Terminal għas-somma ta’ Lm4 miljun meta kulħadd jaf li dan il-port huwa fallut.”  

Dawn huma xhieda leali tal-Partit ta’ l-Oppożizzjoni li qed jistqarru pubblikament li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ma kienx korrett.  

Il-bieraħ il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni reġa’ ġie rappurtat minn stqarrija tal-partit tiegħu li qal li l-Gvern investa Lm4 miljun f’Awissu li għadda fi Brindisi . Għal darb’oħra l-Ministru Austin Gatt jirrepeti li f’Awissu li għadda ma sar ebda investiment u l-Lm4 miljun li qed jirreferi għalihom il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, intużaw biex jiġi sostitwit dejn ma’ bank Taljan li kien diġà jeżisti.  

Għal darb’oħra l-Gvern itenni dak li stqarr erba’ darbiet oħra din il-ġimgħa, li l-Freeport Terminal ( Malta ) qed tibdel minn bank Taljan għal bank Malti il-finanzjament tas-self li għamlet Brindisi Terminal Italia spa biex tixtri l-makkinarju. Dan biex ikun possibbli li s-self jitħallas b’pass aktar komdu għall-Malta Freeport .  

Diffiċli wieħed jifhem kif il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jibqa’ jitlob spjegazzjoni meta din qed tingħatalu ripetutament, u fuq kollox kienet f’idejh meta kien qed jaqra l-kotba finanzjarji tal-Malta Freeport .  

Jekk Dr Sant irid jibqa’ jmeri l-fatti u jgħid li sar investiment ġdid, affari tiegħu.

M’hemmx dubju li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u kull min jisimgħu jifhmu li hemm differenza kompleta bejn li wieħed iħallas self li jkun sar qabel, u li wieħed jagħmel investiment ġdid. Minkejja li dan jafu, Dr. Alfred Sant qed jipprova jsewwi l-iżball kbir li għamel fil-bidu nett meta qal li l-Lm4,000,000 intużaw biex jinxtraw l-ishma.

DOI  05.11.2004

9.81 Kbytes Last Modified on 05th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow