Left arrow Mur Lura

ID-DGĦAJJES IRREĠISTRATI ‘S’: JISTA’ JSIR SAJD LIMITAT GĦALL-UŻU TAD-DILETTANTI SKOND KIF IRREGOLAT MILL-AVVIŻ LEGALI 425/01

PR1725
Date Icon 04/11/2004

Informazzjoni dettaljata dwar minn fejn jista’ jsir is-sajd u dwar x’tip ta’ sajd jista’ jsir fuq id-dgħajjes irreġistrati ‘S’ kienet mogħtija minn Dr Anthony Gruppetta, Direttur Ġenerali, Fisheries Conservation and Control, waqt laqgħa organizzata għall-Boat Builders.

F’din il-laqgħa kienu preżenti membri ta’ l-Assoċjazzjoni tal-boat builders kif ukoll Uffiċjali mill-Pulizija u mill-Forzi Armati ta’ Malta , li huma responsabbli mill-enforcement ta’ dawn ir-regolamenti.  Il-laqgħa kienet organizzata mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vassallo b’kollaborazzjoni ma’ l-Small Business and Crafts Directorate, il-Malta Standards Authority u l-Malta Enterprise u għalija kienu wkoll preżenti rappreżentanti t’assoċjazzjonijiet tas-sajjieda. Din il-laqgħa flimkien tathom l-opportunità li jitkellmu dwar x’sajd jista’ jsir minn fuq id-dgħajjes irreġistrati ‘S’, u dawk kollha li huma konnessi f’dan is-suq ingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Fil-bidu tal-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li  “Laqgħa bħal din qiegħda issir biex naraw li għal dan is-settur inneħħu l-burokrazija żejda li teżisti. F’dan il-qasam din kienet qed ittellef il-bejgħ lil dawk li jibnu d-dgħajjes żgħar li llum huma rreġistrati bil-marka ta’ C.E., u li jistgħu jkunu rreġistrati mas-Small Ships Register tal-Malta Maritime Authority (S), jew fir-reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd Rikrejazzjonali Sezzjoni C (ex PTF) meta dan ikun miftuħ.  “Il-burokrazija li qed nirreferi għaliha f’dan il-kuntest tikkonsisti f’nuqqas ta’ informazzjoni li setgħet kienet teżisti fost diversi setturi li kollha kemm huma jagħmlu dan is-settur dak li hu.”

“Il-problema li toħloq il-burokrazija żejda trid tiġi solvuta jew permezz tat-tneħħija ta’ proċeduri żejda jew permezz ta’ kjarifikazzjoni dwar regolamenti li jkunu qed jirregolaw is-suq.  F’dan il-każ, illum ġiet organizzata laqgħa bejn dawk kollha interessati biex l-informazzjoni tasal għand dawk kollha nvoluti fin-negozju tal-bini ta’ dgħajjes, il-konsumaturi tagħhom u l-enforcement officers, kemm jekk Pulizija kif ukoll jekk suldati tal-Forzi Armati.”

“Dan huwa l-mod ta’ kif il-Gvern qiegħed jgħin lil dawn l-artiġjani li qegħdin fis-settur tal-manifattura tal-bini tad-dgħajjes f’pajjiżna.  Bħal ma qegħdin nagħmlu ma’ dan is-settur, irridu nkomplu nagħmlu ma’ setturi oħra.  Dejjem skond kif setturi ta’ self-employed u negozji żgħar jitolbu minna.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ikkonkluda billi qal li “dak li issa ser isir huwa li fil-ġejjieni jkun ippubblikat fuljett li jindika l-informazzjoni dwar x’sajd jista’ jsir minn fuq id-dgħajjes irreġistrati ‘S’.  Din hija l-informazzjoni li kienet mitluba minn dawn is-settur ta’ negozji żgħar, li issa qiegħda tingħata.  Nittama li issa kulħadd għandu l-informazzjoni li kien qed jitlob.”

DOI  04.11.2004

6.67 Kbytes Last Modified on 04th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow