Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FRANCIS AGIUS JILTAQA’ MAL-BDIEWA

PR1719
Date Icon 04/11/2004

Is-Segretraju Parlamentari responsabbli mill-Biedja u s-Sajd l-Onor Francis Agius illum ta bidu għal sensiela ta’ laqgħat mal-bdiewa biex ikollu l-opportunità li jinforma b’mod dirett lill-bdiewa dwar dak li qed iwettaq il-Gvern fit-twaqqif, ir-ristrutturar u r-riforma meħtiega tal-Pitkalija.  

Aspett ieħor ta’ dawn il-laqgħat hu li jagħti informazzjoni u jħeġġeġ lill-bdiewa jagħmlu użu mill-fondi ta’ għajnuna li qegħdin jitqassmu mill-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea. Dr. Agius qal li ser jinħarrġu nies apposta mill-extentions service biex ikunu kompetenti meta jiġu biex jassistu lill-bdiewa Maltin u Għawdxin li jkunu talbu għajnuna finanzjarja u teknika.  

Waqt din il-laqgħa Dr. Agius informa lill-bdiewa li l-ħlas minn April sa Ġunju inħareġ u qed isiru l-preparamenti biex il-bdiewa jingħataw is-sussidju ta’ wara s-sħubija li ser ikun ħafna iktar minn dak li ġie mogħti sa issa.  

Il-bdiewa fissru l-apprezzament tagħhom għal din il-laqgħa u talbu li jkun hemm iktar laqgħat informattivi biex hekk il-bdiewa jifhmu r-ristrutturar li qed issir għall-ġid tal-biedja f’ pajjiżna.  

DOI  04.11.2004

3.82 Kbytes Last Modified on 04th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow