IL-FORMOLI GĦAD-DIVERSI SKEMI TA’ GĦAJNUNA MILL-UNJONI EWROPEA GĦALL-BDIEWA U RAĦĦALA
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jixtieq javża lil bdiewa u raħħala kollha li applikaw għad-diversi skemi ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea, biex jirritornaw il-formola mimlija bid-dettalji tal-kont bankarju li fih jridu jiġu kkreditati l-pagamenti kemm jista’ jkun malajr u qabel il-15 ta’ Novembru 2004.
L-indikazzjoni li għandu l-Ministeru hi li għad hemm numru sostanzjali ta’ applikanti li għadhom ma irritornawx il-formola bid-dettalji tal-kont bankarju. Mingħajr din l-informazzjoni l-Ministeru mhux ser ikun f’pożizzjoni li jitwettaq il-pagament. Dan ifisser ukoll li kull min applika u ma jirritornax din il-formula mhux ser jkun eliġibbli għall-ħlas tal-pagamenti għad-diversi miżuri għal din is-sena.
Il-formoli jridu jimtlew u jintbagħtu jew jittieħdu personalment id-Dipartiment ta’ l-Iżvilupp Rurali, Ċentru Nazzjonli Għar-Riċerka u l-Iżvilupp Agrikolu, Għammieri, Marsa. CMR01 MALTA mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru 2004.
DOI 04.11.2004
3.9 Kbytes Last Modified on 04th November, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946