IMĦABBRA R-RIŻENJA TAĊ-CHAIRMAN TAL-BANK OF VALLETTA
Il-Prim Ministru laqa’ t-talba ta’ riżenja tas-Sur Joe F.X. Zahra minn Chairman tal-Bank of Valletta minħabba raġunijiet personali.
Fl-ittra mibgħuta lill-Prim Ministru fit-28 ta’ Ottubru, is-Sur Joe F.X. Zahra, iddeskriva l-esperjenza tiegħu fit-tmexxija tal-Bank of Valletta , bħala waħda li rat lil dan il-Bank jimraħ f’setturi ġodda u jikber kemm professjonalment kif wkoll kummerċjalment.
Il-Prim Ministru, filwaqt li rringrazzja lis-Sur Joe F.X. Zahra ta’ l-impenn u s-suċċessi li kiseb matul il-perjodu tiegħu bħala Chairman, talbu sabiex jibqa’ jokkupa l-kariga sat-12 ta’ Novembru, sa liema data huwa maħsub li jkun ġie identifikat Chairman ġdid.
Ittra taċ-Chairman pr1714a,b
Ittra tal-Prim Ministru pr1714c
DOI 03.11.2004
3.61 Kbytes Last Modified on 03rd November, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946