Left arrow Mur Lura

PROĠETT LI QED JAGĦTI DEHRA ĠDIDA LILL-BAJJA TA’ SAN ĠORĠ

PR1707
Date Icon 02/11/2004

Fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan inbdiet it-tieni fażi tal-proġett ta’ tisbiħ li qed jitwettaq mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu.  

 It-tieni parti tal-proġett tinkludi l-bini ta’ storm water culvert fuq in-naħa tax-xellug tal-bajja biex jiżgura li r-ramel jibqa’ f’postu. Din il-fażi tinkludi wkoll il-bini ta’ gandott li jgħaqqad iż-żewg culverts, dak li diġà nbena fl-ewwel fażi tal-proġett u dak li beda jinbena issa. Se jinbena wkoll promenade li jgħaqqad dak eżistenti li hemm fuq in-naħa ta’ Paceville u l-inħawi tal-lukandi fuq in-naħa tal-peninsula ta’ San Ġorġ. Se tinħareġ ukoll sejħa għal offerti għal faċilitajiet permanenti ta’ catering u ta’ kiosk għall-bejgħ ta’ xorb fil-bajja. Ser jinbnew ukoll toilets, showers u kamra minn fejn jista’ jsir l-immaniġġjar tal-bajja. Dan il-bini se jiġi integrat fl-istruttura ta’ l-istabbiliment tal-catering.  

L-ewwel part tal-proġett, li fuqha sar investiment ta’ Lm355,000, kienet tinkludi l-importazzjoni ta’ 7,000 tunnellata ramel mill-Ġordan. Dan infirex fil-bajja. Inbena wkoll storm water culvert fuq il-lemin tal-bajja u beda jitwettaq l-immaniġġjar ta’ l-istess bajja. Il-proġett kollu mistenni jiswa Lm550,000.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech żar il-bajja ta’ San Ġorġ fejn segwa x-xogħol li qed jitwettaq fuq it-tieni fażi tal-proġett.  Hu feraħ lil kulmin kien involut f’dan il-proġett għall-ħidma li saret fuq l-ewwel fażi fi żmien rekord u li wasslet biex mal-100,000 persuna wżaw din il-bajja tul is-sajf li għadda. “Xogħlijiet bħal dawk li qed isiru f’din il-bajja jkompli jgħolli l-livell tas-servizzi li qed nagħtu lit-turisti u lill-istess Maltin,” ikkumenta l-Ministru Zammit Dimech li żied igħid li “matul l-aħħar snin il-Gvern wettaq proġetti ta’ tisbiħ tul ħafna mill-promenades ta’ Malta . Wara li ssebbħu l-promenades ta’ tas-Sliema u San Ġiljan u wara li twettaq il-proġett biex issebbaħ Paceville issa qed inkomplu dan il-proġett billi ngħaqqdu l-inħawi tal-lukandi li hemm fil-peninsula ta’ San Ġorġ mal-proġett ta’ Paceville permezz tal-promenade f’din il-bajja”.  

DOI  02.11.2004

5.5 Kbytes Last Modified on 02nd November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow