IL-MALTA FREEPORT U T-TERMINAL TA’ BRINDISI : IL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI JIPPERSISTI FIT-TATTIKA TIEGĦU LI JINNEGA L-VERITÀ TAL-FATTI
Il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni jirreferi għal dak li ġie rrapurtat mill-aħbarijiet tas-Super 1 tas-sebgħa u nofs tal-bieraħ filgħaxija, fejn intqal testwalment li l-Onor. Alfred Sant ikkonferma li f’Awissu li għadda l-Gvern ħareġ 10 miljun Lira biex jixtri l-ishma ta’ Brindisi Terminal Italia spa.
Il-Ministru Austin Gatt għal darb’oħra jikkonferma li din hi invenzjoni totali tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għax l-ishma ta’ Brindisi Terminal Italia spa nxtraw fi Frar 2004 għall-prezz ta’ Lm145,000 kif ikkonfermat mill-awdituri fl-Audited Accounts għas-sena 2003 li kopja tagħhom ilha għand il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ġimgħatejn.
L-għaxar miljun Lira li qed jirreferi għalihom il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni huma fil-fatt għaxar miljun Ewro u m’hux liri Maltin (u dan jafu min tah l-informazzjoni mill-Bank of Valletta ) u intużaw, kif fil-fatt qal il-Ministru Austin Gatt u l-istqarrija numru 1702, “biex jaqtgħu mill-exposures li jħallsu l-Brindisi Terminal Italia spa”.
Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni dan kollu jafu u minkejja li kien jafu xorta jrid jibqa’ jkompli jippersisti fit-tattika tiegħu li jinnega l-verità tal-fatti.
Il-fatti dwar ix-xiri ta’ l-ishma fil-Brindisi Terminal Italia huma ċertifikati; kif meta u kemm inxtraw l-ishma fi Brindisi Terminal Italia spa huma ċertifikati mill-awdituri tal-kumpanija, u jgħid x’jgħid l-Onor. Alfred Sant, din biss hija l-verità.
Il-Ministeru jiddeplora, m’hux għax għandu x’jaħbi, kif informazzjoni minn relazzjoni purament bankarja bejn klient u l-Bank of Valletta spiċċat f’idejn il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u jitlob biex il-bank jinvestiga dan il-każ.
DOI 02.11.2004
5.12 Kbytes Last Modified on 02nd November, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946